TIKBER IT-TENSJONI DWAR GWERRA NUKLEARI: Iċ-Ċina tgħid li se tkun qed tappoġġja lill-Korea ta' Fuq jekk l-Istati Uniti tattakka

  • Aww 12, 2017 08:40
  • Miktub minn iNews

    Iċ-Ċina wissiet lill-Istati Uniti li se tkun qed tappoġġja lill-Korea ta’ Fuq jekk il-President Donald Trump mill-kliem jgħaddi għall-fatti u jattakka lir-reġim immexxi minn Kim Jon-un.

    Din it-twissija – li qajmet ix-xenarju tal-biża’ ta’ kunflitt globali bejn superpotenzi – waslet wara li s-Segretarju għad-Difiża tal-Istati Uniti, James Mattis, qal li gwerra tkun katastrofika. Mattis min-naħa tiegħu pprova jwarrab il-biżgħat tan-nies u qal li d-diplomazija kienet qed tikeb ir-riżultati. Dan minkejja li d-dikjarazzjonijiet tal-President Amerikan komplew iżidu mad-doża ta’ tensjoni fejn saħansitra qal li t-twissijiet tiegħu fil-konfront tal-Korea ta’ Fuq ma kinux iebsin biżżejjed.

    Dawn il-kummenti wasslu biex iċ-Ċina tidħol fix-xenarju, bil-Korea ta’ Fuq tisħaq li qed tiffinalizza pjan biex tispara erba’ missili ballistiċi fil-viċinanzji tat-territorju Amerikan fil-Paċifiku, Guam.

    Iċ-Ċina min-naħa tagħha esprimiet il-frustrazzjoni tagħha kemm fir-rigward tat-testijiet nukleari min-naħa ta’ Pyongyang, u kif ukoll bl-attitudni tal-Korea t’Isfel u tal-Istati Uniti li skontha qed tkompli żżid t-tensjoni fir-reġjun.

    Meta kkjarifikat il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-possibbiltà ta’ attakk nukleari, iċ-Ċina qalet li se tibqa’ żżomm rwol newtrali jekk il-Korea ta’ Fuq tniedi attakk li jhedded lill-Istati Uniti. Madankollu emfasizzat li jekk l-Istati Uniti min-naħa tagħha tieħu d-deċiżjoni li tattakka l-ewwel biex twarrab ir-reġim ta’ Kim Jong-un, allura iċ-Ċina se tkun qed tintervjeni biex twaqqafhom.

    Din l-istqarrija saret permezz ta’ editorjal fil-ġurnal statali Global Times, li huwa ppubblikat mill-Partit Komunista Ċiniż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0