“Tkattar sew il-ġid, imma l-faqar żdied ukoll … Illum il-bniedem flok ma jibża’ mill-mewt, sar jibża’ jgħix”

  • Aww 12, 2017 18:05
  • Miktub minn iNews

    F’pastorali li nħarġet mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija, huwa rrimarka li hu minnu li l-ġid tkattar u tkattar sew imma anke l-faqar żdied ukoll. L-ittra tgħid li “naf b’dawk li qatgħu qalbhom quddiem l-isfidi tal-ħajja personali, familjari u soċjali. Naf b’dawk li tilfu kull tama fihom infushom u f’dawk ta’ madwarhom. Għax intfielhom il-mutur tal-ħajja, ħajjithom saret tqila, miżgħuda bl-inċertezzi, dwejjaq, biżgħat u għeja. Illum il-bniedem flok ma jibża’ mill-mewt, sar jibża’ jgħix; tant li kultant jagħli għax jisbaħ jum ġdid! 

    “Billi kulma jmur it-tama qed issir virtù skarsa ħafna, hemm min madwaru jara biss dlam u jaħseb li kollox mar il-baħar! Dan li qed ngħid għal kull wieħed u waħda minna, jgħodd ukoll għalina bħala nazzjon. Il-ġid tkattar u f’ċerti każi tkattar sew. Komplew jinfirxu s-servizzi soċjali b’risq il-persuni vulnerabbli. Imma l-faqar żdied ukoll u l-fqir faċli jaqta’ qalbu. Mhux qed nirreferi biss għall-faqar materjali, imma sar għandna faqar affettiv, intellettwali, emozzjonali u ta’ valuri.

    “Żmienna hu mmarkat b’għadd ta’ kriżijiet personali, familjari, ekonomiċi u istituzzjonali. Dawn il-qagħdiet imwiegħra ġabu magħhom tbatija, dipressjoni, pessimiżmu u sfiduċja fil-futur. Fil-fatt, illum issib min jibża’ jidħol għall-impenn taż-żwieġ u jifforma familja. L-inċertezza u nuqqas ta’ stabbiltà fid-dinja tax-xogħol qed jolqtu ħażin liż-żgħażagħ tagħna għax imewtu fihom ir-rieda li jieħdu impenji fit-tul. Donnu nħolqot kultura ta’ suspett f’kollox u f’kulħadd, li kapaċi tagħmel ħsara lill-istituzzjonijiet tad-demokrazija u lill-istess ekonomija. Pajjiżna għandu bżonn urġenti tat-tama. Nuqqas ta’ tama fil-ħajja tagħna l-Insara L-agħar diżgrazzja li tista’ tiġrilna hija meta naqtgħu qalbna minn Alla. Mhux daqshekk diffiċli li nsibu ruħna fil-lejl mudlam tal-fidi u nissuspettaw li Alla jkun insiena u telaqna, l-aktar meta nkunu taħt id-deffa. Xi drabi negħjew nistennew intervent mis-Sema.

    “Barra minn hekk, jista’ jiġrilna li nitilfu tamitna f’Alla għax nibżgħu li quddiem id-dgħufija tagħna hu ser jagħtina dahru. Naf b’individwi li meta ġew wiċċ imb wiċċ mad-dnub tagħhom, inġibdu lura minn Alla għax ħasbu li sejjer jistmerrhom! Hemm oħrajn li jaħsbu li għandhom jagħlqu l-ktieb ma’ Alla għax jinsabu f’qagħda li mhix konformi mal-liġi morali, imma minħabba ċ-ċirkustanzi ma jistgħux joħorġu minnha. X’ma tninx fina l-fiduċja f’Ġesù jekk għadna naħsbu li huwa aħrax u li jaħsad fejn ma żerax u jiġbor fejn ma xerridx (ara Mt 25:26)?” jgħid l-Isqof Mario Grech.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0