Waterpolo: I Div KO: Marsaxlokk fil-finali

  • Aww 12, 2017 19:47
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Christine Borg

    Marsaxlokk …………12

    Marsaskala ………….10

    (3-1, 2-0, 3-5, 4-4)

    Marsaxlokk kisbu l-pas­saġġ għall-finali tan-Knock-out tal-Ewwel Diviżjoni me­­ta għelbu lil Marsaskala bl-iskor ta’ 12-10. Kif jindika r-riżultat, kienet logħba kumbattuta fejn l-Iskalin kienu sfida denja.

    Marsaxlokk rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-1 bil-gowls jaslu minn Matteo Cacici u doppjetta tal-Kroat Zjelko Kovacic. Min-naħa l-oħra, l-uniku goal għal Marsaskala ġie skorjat minn Clyde Bonello.

    Ix-Xlukkajri ddominaw it-tieni sessjoni biex rebħuha 2-0 bl-iskorers tagħhom iku­nu Kayne Lanzon u Claudio Spiteri De Barro.

    Iżda Marsaskala wettqu reazzjoni tajba fit-tielet ses­sjoni u skorjaw żewġ goals minn fi spazju ta’ ftit sekondi. 

    Ix-Xlukkajri wieġbu permezz ta’ Matteo Cacici u Zjelko Kovavcic pemezz ta’ penalty. 

    Immedjatament wara Mar­­saskala rreċiprokaw bi tliet goals ta’ Vlahovic u  Kayne Lanzon biex żewġ goals biss kienu jifirdu liż-żewġ timijiet.

    Kien Claudio Spiteri De Barro li skorja l-ewwel goal għal Marsaxlokk fir-raba’ sessjoni, iżda Jaimie Busuttil wieġeb mill-ewwel għal Marsaskala qabel ma Kovacic reġa’ sab ix-xibka għal Marsaxlokk. 

    Kyle Navarro reġa’ sab ix-xibka għall-Iskalin. Brian Buhagiar sab ix-xibka għal Marsaxlokk. Andriya Vlahovic skorja goal minn penalty, liema goal kien ir-raba’ wieħed tiegħu. Kyle Navarro skorja l-aħħar goal għall-Iskalin, li iżda wasal tard wisq għat-team tiegħu biex jisfurzaw il-ħin barrani hekk kif Zjelko Kovacic issiġilla r-rebħa Xlukkajra permezz ta’ penalty.

    Marsaxlokk: 1-Antonello Xue­reb, 2-Claudio Spiteri De Barro (2), 3-Luke Calleja, 4-Matteo Cacici (2), 5-Christian Gialanze, 7-Sean Meli, 8-Zjelko Kovacic (3), 9-Brian Buhagiar (1), 10-Rainier Scerri, 11-Kayne Lanzon (3), 12-Luke Gialanze, 13-Reuben Bonnici - Coach: Roman Polacik

    Marsaskala: 1-Keith Schembri, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Nicholas Cutajar, 4-Clyde Bonello (1), 5-Andrija Vlaho­vic (4), 6-Liam Grixti, 7-Kyle Navarro (4), 8-Jaimie Busuttil (1), 9-Stephen Micallef, 10-Michele Agius, 11-Duncan Cassar, 12-Mikhael Cutajar, 13-Brandon Muscat - Coach: Pierre Borg

    Referees: Ronnie Spiteri, Carlo Iori

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0