Man Utd jirrifjutaw offerta għal Anthony Martial

  • Aww 13, 2017 00:24
  • Miktub minn iNews

    Manchester United irrifjutaw offerti mingħand Inter u Tottenham Hotspur għal Anthony Martial.

    Il-player internazzjonali Franċiż jista' jilgħab f'diversi rwoli fl-attakk, iżda fl-aħħar staġun tħalla kemm-il darba fuq il-bank tas-sostituti.

     

    Ir-Red Devils kien ħallsu s-somma ta' €60 miljuni għalih lil club ta' Monaco fl-2015. Martial jixtieq jilgħab  b'mod aktar regolari biex ikollu ċ-ċans jiġi magħżul mat-team nazzjonali Franċiż għat-Tazza tad-Dinja 2018.

    Il-club Taljan ta’ Inter talab biex jikseb lil Martial b'self b'għażla li jinxtara filwaqt li Tottenham tefgħu offerta, iżda dawn ġew rifjutati mit-team ta' José Mourinho.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0