"Se nibdew inwettqu l-proposti elettorali mill-ewwel budget"

  • Aww 13, 2017 11:05
  • Miktub minn iNews

    "L-importanza li aġenziji ta’ kreditu bħal Fitch jgħollu r-ratings ta’ Malta u jikkonfermaw il-qgħadha b’saħħitha tal-ekonomija Maltija twassalna biex sa mill-ewwel budget nibdew inwettqu l-manifest elettorali tagħna u bħalissa għaddej eżerċizzju biex fil-budget li jmiss jibdew jitwettqu l-ewwel batch ta’ proposti elettorali."

    Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat f’intervent telefoniku li matulu tkellem dwar l-upgrade ta’ pajjiżna mill-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Fitch Ratings. 

    Il-Prim Ministru qal li fadal riżultati x’jiġu għax dawn mhumiex riżultati ta’ fula f’qargħa. Ftit tax-xhur ilu Malta kellha upgrade minn Standard and Poors u issa minn Fitch. Huwa qal li dawn l-aġenziji tal-kreditu jinteressahom mill-fatti u ma jħarsux lejn partiti jew liem pajjiż qed jeżaminaw għax huma l-istess organizzazzjonijiet li waqqgħu r-rating ta’ pajjiżi kbar.

    Dawn ir-riżultati, qal Joseph Muscat, huma riklam kbir għal pajjiżna għax min jinvesti jħares lejn dawn ir-rapporti u allura għandna iktar ċans ta’ investiment barrani. Dan ikompli jikkonferma kemm kienet qarrieqa l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista u l-Kap tal-Oppożizzjoni caretaker meta sa xahrejn ilu biss qalu li s-servizzi finanzjarji u l-gaming kienu qed iżommu fuq ħajta u li kienu se jitilqu jekk jitla’ l-Partit Laburista fil-Gvern. Mhux talli telqu, talli dawn jinvestu aktar u ġejjin iktar kumpaniji tas-servizzi finanzjarji u gaming. 

    Joseph Muscat qal li dan kollu huwa parti minn strateġija fejn l-investiment ġej anke f’oqsma oħra bħall-manifattura.

    Il-Prim Ministru fakkar ukoll kif din il-ġimgħa l-Financial Times, gazzetta li hija istituzzjoni internazzjonali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ aħbarijiet finanzjarji, qalet li Malta għandha l-aħjar skema ta’ ċittadinanza b’investiment bl-aqwa sistema ta’ due diligence. Din hija prova ta’ kif dan il-Gvern jagħmel l-affarijiet bis-serjeta, qal Joseph Muscat.

    Huwa qal li r-rating ogħla tal-aġenzija tal-kreditu jgħin ukoll biex pajjiżna jħallas inqas imgħax fuq is-self. Iżda fl-istess ħin il-Gvern ħareġ bi skemi biex pensjonanti u anzjani li jinvestu jingħataw imgħaxijiet għoljin. Qal ukoll li hemm sfidi oħra li l-avvanz ekonomiku jġib miegħu bħall-għoli fil-kirijiet. Filfatt din il-ġimgħa l-Gvern ta l-ewwel sinjal bi skemi ġodda għal iktar housing available u offerta ta’ kiri b’rati stabbli u attraenti biex il-postijiet jingħaddew għall-kiri b’mod affordabbli.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0