Aġġornata: Instabu r-roti tal-ġuvintur... tkompli t-tfittxija għaż-żewġ ġuvintur

  • Aww 13, 2017 12:18
  • Miktub minn iNews

    Bosta kienu dawk li nħasdu bl-aħbar taż-żewġ ġuvintur li ġew irrapurtati nieqsa u wara li aktar kmieni kompliet it-tfittxija jidher li omm wieħed minnhom sabet ir-roti tagħhom f’għar fl-akwati ta’ fomm ir-riħ.

    Minkejja li s’issa t-tfittxija tal-pulizija rriżultat bħala waħda fin-negattiv, qiegħed ikun maħsub li dawn ħallew ir-roti fl-għar sabiex ikunu jistgħu jimxu lejn il-Blata tal-Melħ. 

    Qiegħed ikun maħsub ukoll li dawn niżlu jgħumu u f’dan l-istadju l-pulizija mhijiex teskludi li r-riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin fl-aħħar jiem seta’ ħolqilhom diffikultà waqt li kienu fil-baħar.

    Il-Blata tal-Melħ huwa meqjus minn ħafna bħala post perikoluż speċjalment minħabba r-riħ qawwi li jaħkem mill-Majjistral.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0