Appell għal kull min jista' jkollu l-iċken informazzjoni valida... Ippubblikati r-ritratti tal-ġuvintur

  • Aww 13, 2017 12:43
  • Miktub minn iNews

    Wara li aktar kmieni ħarġet l-aħbar li nstabu r-roti taż-żewġ ġuvintur li għebu, issa qegħdin ikunu ppublikati r-ritratti tagħhom mehmużin ma' appell bit-tama li l-pubbliku jkun ta' għajnuna fit-tfittxija.

    “Instabu r-roti xi metri ‘l bogħod mill-basktijiet, iżda l-ġuvintur għadhom ma nstabux, jekk innutajtu xi ħaġa li tista’ tkun valida biex tgħin lill-pulizija fit-tfittxija tagħha jew jekk għandkom xi informazzjoni nitlobkom tikkuntattjawhom, anke jekk mintkomx ċerti dwar jekk l-istess informazzjoni tistax tkun ta’ għajnuna għall-pulizija.”

    Din kienet l-ewwel parti mill-appell li ftit tal-minuti ilu beda jiċċirkola bit-tama li l-pubbliku jgħin f’din it-tfittxija għaż-żewġ ġuvintur. L-appell ikompli b’indirizz lill-baħħara u persuni oħrajn li jinsabu fuq il-baħar u huma mistennija jgħaddu miż-żona tal-Blata tal-Melħ.

    L-appell jikkonkludi b’messaġġ ewlieni li jekk għandek xi informazzjoni valida inti mitlub tgħin f’din it-tfittxija.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook