Mixli bi stupru fuq tifla ta’ 12-il sena

  • Aww 13, 2017 14:26
  • Miktub minn iNews

    Alhasan Ali, Sirjan ta’ 29 sena li joqgħod Marsascala, baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq fil-Qorti mixli li nhar is-Sibt li għadda f’Ħal Qormi kkommetta stupru fuq tifla ta’ 12-il sena.

    Huwa kien mixli wkoll li pparteċipa f’attivitajiet sesswali magħha u li b’għemil żieni kkorrompieha. 

    Akkużi oħrajn fil-konfront tiegħu jgħidu li nhar is-17 ta’ Jannar 2016, għall-ħabta tat-3.30 a.m., minn ġewwa l-istabbiliment Havana, li jinsab fi Triq San Ġorġ San Ġiljan, laqa’ għandu ħwejjeġ misruqa u li m’għarrafx bihom lill-Pulizija.

    Fil-Qorti ħareġ li l-imputat u l-allegat vittma kienu jiċċettjaw flimkien fuq Messenger u kien hemm ukoll komunikazzjoni bejniethom kuljum anke minn wara dahar il-ġenituri tat-tifla.  

    L-Avukat tal-għajnuna legali Josette Scicluna, li qed tidher għall-imputat, saħqet li l-klijent tagħha qed jgħid li huwa qatt ma’ ltaqa’ magħha fiżikament u sar test tad-DNA biex ikun stabbilit jekk eventwalment kienx hemm kuntatt bejn il-partijiet. 

    Sussegwentement, saret talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba l-fatt li l-imputat mhuwiex ta’ nazzjonalità Maltija u hemm il-biża’ li jista’ jaħrab mill-pajjiż. 

    Wara li semgħet liż-żewġ partijiet, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Grazio Mercieca, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u għaldaqstant l-imputat baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi John Spiteri u Kylie Borg. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook