Kexkex Buenos Aires... qatel tifel ta’ kważi sentejn billi sammarlu msiemer f’rasu

  • Aww 13, 2017 15:55
  • Miktub minn iNews

    Kien tlaqqam  bħala “Petiso Orejudo’. Ismu proprja kien Cayetano Santos Godino.  KIen il-bniedem li fil-bidu tas-seklu li għadda kien itterrorizza l-kapital tal-Arġentina Buenos Aires. Dan meta kellu biss 16-il sena. Qatel erbat itfal,  ipprova joqtol seba’ oħra u kien responsabbli għal seba’ atti ta’ ħruq.  L-aktar qtil brutali kien dak ta’ tifel ta’ sena u tmien xhur fejn mhux biss ħatfu u sawtu imma qatlu billi sammarlu imsiemer f’rasu.

    Godino twielet fil-kapital tal-Arġentina u kien wieħed minn tmien aħwa. Kemm ommu u kemm missieru kienu alkoholiċi u xejn ma kienu  jitrattaw tajjeb lil uliedhom. Missieru kien sa l-marda tas-Syphilis qabel ma twieled Godino u dan wassal biex Godino sa minn  età żgħira esperjenza għadd ta’ problemi ta’ saħħa.

    Meta kien tifel kien joqtol l-għasafar u l-qtates

    Il-problemi fil-karattru ta’ Godino dehru sa minn età żgħira. Filfatt sa minn mindu kien tifel żgħir kien jogħxa joqtol l-għasafar u l-qtates. Kellu ukoll vizzju ieħor dak li kien iħobb jilgħab ħafna bin-nar. L-attitudni vjolenti tiegħu u n-nuqqas ta’ interess biex jitgħallem  wassluh biex kien ikollu jiċċaqlaq minn skola għall-oħra. 

    Ta’ seba’ snin sawwat tifel u tefgħu ġo kanal

    Ta’ seba’ snin daħal fl-ewwel inkwiet u dan hekk kif hu kien sawwat lil tifel ieħor bl-isem ta’ Miguel de Paoli.  Mhux biss tah xebgħa imma tefgħu ukoll ġo kanal. Fil-qrib kien hemm uffiċjal tal-Pulizija li ra kollox u dan ħa lit-tfal fl-għassa tal-Pulizija. Sena wara Godino reġa’ daħal fl-inkwiet u dan wara li kien sawwat lil Anna Neri. Din kienet tifla li kienet tgħix qrib ta’ fejn kien jgħix hu. Hu sawwatha b’ġebla. Reġa’ spiċċa l-għassa u għal xi ħin arrestat ukoll imma kien intelaq minħabba li kellu biss tmien snin.

    Spiċċa l-ħabs għax kien jimmasturba

    Ta’ għaxar snin, il-ġenituri ta’ Godino indunaw li dan kien qed jimmasturba ta’ sikwit. Ma kinux jafu x’se jaqbdu jagħmlu bih u ommu tkellmet mal-Pulizija. Dak iż-żmien, jiġifieri 1906 kien illegali li timmasturba u hu ntbagħat xahrejn ħabs.

    Reati serji mis-sena 1912

    Minn Jannar tas-sena 1912, Godino wettaq għadd ta’ reati serji. L-ewwel wieħed kien dak fejn ta in-nar lil maħżen kbir fi triq li kienet iġġib l-isem ta’ Corrientes.  Meta hu kien arrestat, hu qal lil Pulizija li “ridt nara lil tat-tifi tan-nar jaħdmu.  Hi xi ħaġa sabiħa li nara kif dawn iwettqu xogħlhom”.

    Ftit jiem biss wara, Arturo Laurona ta’ 13-il sena instab mejjet f’dar abbandunata.  Kellhom jgħaddu biss ftit ġimgħat eżattament fis-7 ta’ Marzu, meta Godino qabbad il-libsa ta’ Reyna Vainicoff li kellha biss 5 snin. Din ġarrbet ġrieħi kbar minħabba l-ħruq u ma rkupratx. 

    Is-sensiela ta’ ħruq komplew u dan meta f’Settembru ta’ n-nar lill-istazzjon tal-ferrorija, għalkemm in-nirien malajr intfew. Għaddew xahrejn oħra u hu spiċċa akkużat li kien se jipprova jifga lil tifel ta’ tmien snin bl-isem ta’ Roberto Russo. Minkejja li kien akkużat ingħata l-libertà u ftit jiem biss wara attakka tifla ta’ tlett snin Carmen Ghittoni. Għamlilha diversi ġrieħi imma ħarab minn fuq il-post għax intervjena uffiċjal tal-Pulizija.

    Ħataf tifla ta’ sentejn

    Dawn l-atti kriminali ħolqot allarm fi Buenos Aires imma Godino ma kienx se jieqaf. Fl-istess xahar ta’ Novembru hu ħataf lil Carolina Neolener, tifla ta’ sentejn. Din bdiet tibki ħafna u kien salvata minn wieħed mill-ġirien. Fl-istess xahar żewġ imħażen kbar ingħataw in-nar għalkemm dan ġie mitfi fi żmien qasir. 

    Sammar l-imsiemer f’ras tarbija ta’ 18-il xahar

    Każ li kompla jixxokkja l-kapitali Arġentina kien dak li seħħ f’Diċembru tas-sena 1912, meta Godino raw tarbija ta’ 18-il xahar li kienet iġġib l-isem ta’ Jesualdo Giordano. Dan kien qed jilgħab barra d-dar ta’ missieru u ommu. Godino offrielu xi ħelu u ħatfu. Giordano ħadu f’dar ftit bogħod. Hu tefgħu fl-art u pprova jifgah. Imbagħad beda jtih biċ-ċinturin. Ma kienx kuntent b’dan. Qabad qata’ iċ-ċinturin u rabatlu idejh u saqajh. Beda ukoll isawwtu. Kien f’dan il-mument li daħallu ħsieb f’moħħu. Ried isammarlu l-imsiefer f’rasu, imma imsiemer ma’ kellux.

    Ħareġ minn dik id-dar ifittex l-imsiemer. Kien hawn li ltaqgħa ma’ missier it-tifel li f’dak il-ħin kien qed ifittex lil ibnu. Godino jgħidlu li ma jafx fejn kien ibnu. X’ħin sab l-imsiemer irritorna lura lejn id-dar. Dan sammar l-imsiemer f’moħħ it-tarbija u ħeba l-katavru. Il-katavru tat-tarbija instab ftit minuti wara minn missieru.  Godino kien arrestat mill-Pulizija ftit ħin wara u ammetta dak li kien wettaq.

    Baqa’ bil-libertà u f’Jannar tas-sena 1913 daħal f’istitut u pprova joqtol diversi persuni li kien hemm. Sadanittant bdew il-proċeduri fil-Qorti u hu kien dikjarat minn diversi rapporti mediċini bħala li kellu problemi mentali serji. L-Imħallef ordnalu jibda jgħix fir-riformatorju. F’Marzu tas-sena 1923, Godino kien trasferit lejn Ushuaia Penitentiary, u ftit snin wara kellu jagħmel xi żmien l-isptar wara li kien attakkat minn persuni oħra miżmjmin hemm. Dan minħabba li dawn sabu li hu kien qatlilhom il-pets tagħhom. Hu miet fis-sena 1944 f’ċirkostanzi li jitqiesu bħala ‘strambi’.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0