Jitwaqqaf fl-Ajruport wara li nstabu fuqu aktar minn €12,000

  • Aww 13, 2017 17:17
  • Miktub minn iNews

    Elnab Ramadan KH Mohamed, Libjan ta’ 48 sena, qed jistenna li jingħata s-sentenza wara li ammetta li fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, naqas milli jiddikjara lill-Kontrollatur tad-Dwana li huwa kien qed iġorr iżjed minn €12,000 fi flus kontanti.

    Il-każ seħħ nhar is-Sibt li għadda għall-ħabta tas-6.30 p.m meta Uffiċjali tad-Dwana waqqfu lil Mohamed li kien fi triqtu lejn il-Kajr, fl-Eġittu, wara li fuqu nstab li kellu b’aktar minn €10,000.

    Waqt tfittxija, l-uffiċjali sabu l-flus minn diversi pajjiżi, fil-handluggage tar-raġel Libjan, ftit qabel ma qabad titjira lejn Istanbul.

    Huwa kellu €11,300, 2,060 Lira Eġizzjana u 140 Dinar Tuneżin. Ir-raġel twaqqaf wara li ma ddikjarax mad-Dwana li se jivjaġġa b’aktar minn €10,000 fuqu.

    Fil-Qorti ntqal li r-raġel kien jaf bil-limitu li tippermetti l-liġi ta’ €10,000, iżda ma setgħax jagħmel mod ieħor għax kienet skadietlu l-Visa Platinum Card. 

    Mohamed ingħata l-liberta’ proviżorja taħt garanzija personali ta’ €5,000, bis-sentenza mistennija tingħata aktar tard dan ix-xahar. 

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxia mill-Ispettur Anzjan Raymond Aquilina. L-Avukat Leon Bencini deher għal Mohamed.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook