Iħossu fortunat… daqq ta’ ħorn ta’ sewwieq mgħaġġel setgħu bagħtuh id-dinja l-oħra

  • Aww 13, 2017 17:52
  • Miktub minn iNews

    Stanley J. Cardona, li b’mod regolari isuq ir-rota fit-toroq Maltin jista’ jgħoddha b’waħda. Kif jgħid hu stess iħossu fortunat li inċident li fih kien involut seta’ kien ferm u ferm agħar. L-inċident seħħ minħabba sewwieq mgħaġġel li b’mod kontinwu beda jdoqqu l-ħorn.  Hu illum qed jitkellem biex iqajjem kuxjenza.

    Stanley J. Cardona jgħid li  “nhar l-Erbgħa  ħriġt bħas-soltu dawra bir-rota.  Minħabba sewwieq li beda jdoqq il-ħorn b’mod kontinwu fi triq dejqa u dan beda jdoqq anke meta kien se jaqbiżni, jien spiċċajt waqajt meta kont għaddew b’madwar 43 kilometru fis-siegħa. Dan għax ippruvaw kemm jista’ jkun ngħaddi malajr minn din il-parti dejqa. Il-karozza li kkawżat dan l-inċident ma waqfitx u baqgħet sejra.  Grazzi għan-nuqqas ta’ paċenzja ta’ dan is-sewwieq jien sofrejt diversi ksur. 

    ‘Ma rridx ngħaddi ġudizzju jew kummenti dwar din l-inġustizzja. Irrid imma inwassal il-messaġġ li qabel sewwieq jirrejaġixxi b’mod frustranti, iġib quddiem għajnejh il-vulnerabbilità ta’ persuni li jkunu mexjin, qed jiġru, jew isuqu roti jew muturi. Irrid inwassal il-messaġġ li mhux dejjem hu possibbli li dawk li jkunu bir-rota iżommu mal-ġenb tat-triq. Ħafna toroq jinsabu f’kundizzjoni li trid issuq fn-nofs

    ‘Qabel tirrejaġixxu aħsbu. Jien raġel miżżewweġ. Missier ta’ żewġt itfal. Inħossni fortunat li l-biċċa ma ġietx agħar. Nifhem li jkun hemm min hu mgħaġġel. Nirringrazzja lil dawk kollha li aġixxew b’mod differenti ħafna minn dak is-sewwieq  u għenuni wara l-waqgħa. Nirringrazzja lil David u l-familja tiegħu li wassalni d-dar. Nirringrazzja lill-familja tal-paċenzja u lil dawk li tawni l-kura fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta u lil dawk taċ-ċentru tas-saħħa f’Birkirkara”.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0