Inżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq fil-Qorti mixli bit-traffikar tad-droga f’Paceville

  • Aww 13, 2017 18:56
  • Miktub minn iNews

    Abdelkader Chergui, Alġerin ta’ 23 sena nżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq fil-Qorti mixli bit-traffikar tad-droga f’Paceville. 

    Huwa kien mixli li pproduċa u ttraffika d-droga kannabis. Huwa kien mixli wkoll li ssuplixxa jew iddistribwixxa, jew offra li jissuplixxi jew jiddistribwixxi d-droga kokaina u li kkommetta l-imsemmi reat f’distanza ta’ 100 metru jew inqas mill-parametru ta’ skola jew klabb jew post simili fejn normalment jiltaqgħu ż-żgħażagħ. 

    Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu iżda baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv. 

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Justine Grech u Lara Butters.  L-Avukat tal-għajnuna legali Josette Sultana dehret għal Chergui. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0