Inċident fatali f’Birżebbuġa... raġel jaqa' 6 metri waqt li kien qiegħed jaħdem fuq vapur

  • Aww 13, 2017 19:00
  • Miktub minn iNews

    Illum għall-ħabta tal-4.50 p.m, Tork ta' 31 sena tilef ħajtu f'inċident li seħħ fuq vapur fl-Oil Tanking Services, Birżebbuġa. 

    Minn stħarriġ preliminari illi sar mill-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li Tork ta’ 31 sena għal xi raġuni waqa’ 6 metri għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħolijiet fuq vapur. 

    Fuq il-post issejjħu membri mill-Protezzjoni Ċivili u ambulanza sabiex jassistu lill-baħri iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. 

    Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr G Mercieca LLD. li ordna li ssir Inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh. 

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook