It-tielet edizzjoni tal-ispettaklu ‘Stage & Proms by the Sea’

  • Set 04, 2017 08:47
  • Miktub minn iNews

    It-tielet edizzjoni ta’ dan l-ispettaklu mużikali mill-Gozo Youth Wind Band taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Grech ser issir fi ftit tal-jiem oħra, sewwa sew nhar it-Tnejn 11 ta’ Settembru 2017 fit-8.30pm bis-sehem tal-kantanti popolari Ludwig Galea u Sarah Bonnici fl-isfond tal-bajja tal-Imġarr. Id-dħul għal dan l-ispettaklu huwa bla ħlas.  Iżda min jixtieq jara dan is-show waqt li jiġi servut ‘A Welcome Drink, tris of pasta & desert’ għandu jibbukkja malajr kemm jista’ jkun billi jikteb f’dan l-indirizz elettroniku: gozowindbandorchestra@yahoo.co.uk

    Matul l-ispettaklu għall-arja friska tal-baħar il-pubbliku se jkun jista jgawdi varjeta mużikali mill-iktar wiesa li tismagħha biss fil-London WestEnd shows.  Siltiet minn Medleys meħuda minn Musicals u Encores li regularment tismagħhom fil-BBC Proms Final Night fir-Royal Albert Hall se jkunu magħna f’din il-lejla maġika u unika għal gżejjer Maltin.

    Din il-lejla li mhux ta’ min jitlifha se tkun qed tittellgħa bil-kolloborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex, l-MTA, J. Portelli Projects, l-Uffiċċju tal-Kunsill tal-Kultura, il-Coca Cola flimkien mal-Visit Gozo and Mgarr Marina. Ejjew u ma jiddispjaċikomx!

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0