Motors Inc. b’Raduno Biex Tiċċelebra s-60 Sena ta’ FIAT 500

  • Set 07, 2017 12:48
  • Miktub minn iNews

    Motors Inc. se tkun qed tiċċelebra s-60 sena tal-FIAT 500 b’Raduno speċjali ġewwa Pjazza Tignè fil-kumpless The Point nhar il-Ħadd 17 ta’ Settembru between l-10.00am u nofsinhar. 

    Għadd kbir ta’ karozza FIAT 500 diġa kkonfermaw is-sehem tagħhom waqt dan ir-Raduno.

    Il-FIAT 500 tibqa’ l-iżjed karozza FIAT maħbuba. Hija simbolu ta’ wieħed mill-iżjed żminijiet importanti fl-istorja moderna ta’ l-Italja, żmien meta t-Taljani bdew jiskopru l-ġmiel li tkun sid tal-karozza tiegħek. Bis-saħħa tad-disinn innovattiv tagħha, il-FIAT 500 saret waħda mill-ikbar ikoni moderni madwar id-dinja u ambaxxatur ta’ pajjiżha.

    Il-Fiat 500 ġabet ukoll bidla fil-qasam tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-karozzi u bla dubju, ħalliet l-effett tagħha fuq l-industrija tal-karozzi. Il-kwalitajiet ferrieħa tagħha jibqgħu validi sal-lum fejn il-FIAT 500 tirrappreżenta taħlita unika ta’ stil, teknoloġija u prattiċità b’mod li tgħin lis-sewwieq tagħha jesprimi l-personalità unika tiegħu jew tagħha.

    Maż-żmien, il-Fiat 500 saret ikona tal-moda u d-disinn, u ispirat l-immaġinazzjoni ta’ artisti li wieġbu lura b’interpretazzjonijiet eleganti, esklussivi u sportivi. Il-FIAT 500 irnexxielha tasal fejn l-ebda karozza oħra qatt ma waslet – dik li żammet identità żagħżugħa hekk kif l-istorja, l-istili ta’ ħajja, il-moda u s-soċjeta’ raw bidliet kbar matul sittin sena sħaħ.

    Huwa għalhekk li Motors Inc. iddeċidiet li torganiżża din iċ-ċelebrazzjoni tas-60 anniversarju ġewwa Pjazza Tignè, waħda mid-destinazzjonijiet ewlenin f’Malta għall-moda, id-disinn u l-istil ta’ ħajja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0