Tifla diżabbli attakkata minn ġrieden li daħlu f'kamritha... titlef partijiet minn ġisimha

  • Set 08, 2017 19:41
  • Miktub minn iNews

    Tfajla diżabbli spiċċat fi sptar miksija bi gdim tal-ġrieden wara li xi ġrieden daħlu f’kamritha fit-Tramuntana ta’ Franza.

    It-tfajla parapleġika ta’ 14-il sena kienet tinsab rieqda fl-ewwel sular tal-appartament mikri f’Roubaix.

    Espert mediku qal li t-tfajla sofriet madwar 45 leżjoni f’wiċċha, madwar 150 f’idejha u madwar 30 oħra f’saqajha.

    Missierha se jkun qiegħed ifittex lil sid il-post minħabba negliġenza fil-post mikri, inkluż ammont ta’ skart fil-viċinanza. Il-Missier li għandu żewġt itfal oħra qal li hu sab lil bintu Samantha mgħerrqa fid-demm. Il-missier iddeskriva kif sab lil bintu fi stat makabru b’demm inixxi minn kullimkien u li lanqas l-intervent mediku li sarilha ma kien biżżejjed sabiex tirkupra ċertu partijiet minn ġisimha.

    Dan il-każ xokkanti huwa wieħed rari għalkemm mhijiex l-ewwel darba li l-ġrieden dehru jieklu minn katavri.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook