Ippruvat issalva r-relazzjoni … spiċċat biex tilfet ħajjitha

  • Set 09, 2017 12:27
  • Miktub minn iNews

    Battibekk bejn koppja ta’ maħbubin inbidel fi traġedja hekk kif tfajla ta’ 24 sena, fit-tentattiv tagħha li ssalva r-relazzjoni mal-maħbub tagħha, spiċċat biex tilfet ħajjitha bl-aktar mod traġiku. 

    Fil-belt ta’ Mugnano, fid-distrett ta’ Napoletano, Alessandra Madonna kienet tinsab f’relazzjoni ma’ ġuvni akbar minnha fl-età, liema relazzjoni kienet ilha għaddejja għal diversi snin. 

    Proprju lbieraħ, Madonna u l-maħbub tagħhom kellhom argument, xi ħaġa li kienet saret frekwenti fl-aħħar ġimgħat. Dan wassal biex il-maħbub tagħha jieħu d-deċiżjoni li jtemm ir-relazzjoni ta’ bejniethom hekk kif ħass li dan kien l-aħjar pass għat-tnejn li huma. 

    Għat-tfajla ta’ 24 sena, dak li kien għadu kif qallha l-maħbub tagħha kien bħal sajjetta fil-bnazzi fejn hija mill-ewwel m’aċċettatx id-deċiżjoni li kienet għadha kif ittieħdet. 

    Hekk kif l-argument baqa’ jeskala, il-maħbub ta’ Madonna daħal fil-karozza biex jitlaq minn fuq il-post, u kien proprju hawnhekk, li t-tfajla fetħet il-bieba u ggranfat magħha waqt li l-maħbub tagħha beda jsuq il-karozza. 

    Dan wassal biex hija titkaxkar għal diversi metri sakemm il-maħbub tagħha waqqaf il-karozza u sab lil Madonna mitlufa minn sensiha b’diversi ġrieħi madwar ġisimha. 

    Hija ttieħdet mill-ewwel fi sptar li jinsab fl-akwati iżda sfortunatament, hija tilfet il-battalja mal-mewt minħabba l-ġrieħi gravi li kienet ġarbet. 

    Din l-istorja traġika ma waqfitx hawnhekk hekk kif omm it-tfajla, hekk kif saret taf li għadha kemm tilfet lil bintha, l-ewwel reazzjoni tagħha kienet dik li twettaq suwiċidju tant li hija telqet mid-dar b’ċilindru tal-gass fil-karozza u saqet sakemm waslet f’post diżabitat. 

    Hawnhekk hija rat li t-twieqi tal-karozza kienu magħluqin u fetħet iċ-ċilindru li minnu beda ħiereġ il-gass. Fortunatament għaliha, f’dak il-ħin kienet għaddejja koppja fil-viċinanzi li mill-ewwel ġiehom suspett, u hekk kif resqu lejn il-karozza u raw dak li kienet qed twettaq din il-mara, kissru l-ħġieġ ta’ waħda mit-twieqi tal-karozza u rnexxielhom jsalvaw lil din l-omm iddisprata għall-aħħar għat-telfa ta’ bintha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0