Is-16-il sena mill-attakk tat-Twin Towers … Aktar minn nofs il-vittmi baqgħu qatt ma nstabu jew ġew identifikati

  • Set 11, 2017 08:59
  • Miktub minn iNews

    Fl-attakki terroristiċi fuq it-Twin Towers fi New York li seħħew bħal-lum 16-il sena ilu kienu tilfu ħajjithom kważi 3,000 persuna. Dan apparti eluf oħrajn li ndarbu f’dawn l-attakki. Madankollu minkejja dawn is-snin kollha, huwa stmat li madwar nofs il-vittmi ta’ dan l-attakk naqgħu qatt ma nstabu l-fdalijiet tagħhom.

    Tant hu hekk li sal-lum għad baqa’ aktar minn 1,100 persuna li għadhom meqjusin bħala mhux identifikati, bl-ebda fdalijiet tagħhom ma jinstabu fost it-tifrik. Iżda minkejja s-16-il sena li jifirduna minn dan l-attakk oxxen l-Uffiċċju tal-Eżaminatur Mediku ta’ New York għadu għaddej bit-tentattivi tiegħu biex jidentifika lill-vittmi b’teknoloġija li teżamina d-DNA tal-persuna, meqjusa bħala sistema ‘state of the art’.

    Aktar kmieni dan ix-xahar kienu identifikati l-fdalijiet ta’ raġel li miet f’wieħed miż-żewġ torrijiet – l-ewwel każ simili sa mill-2015.

    Bosta huma tal-fehma li l-awtoritajiet Amerikani qed jaħbu dwar x’verament wassal biex jiġġarrfu ż-żewġ torrijiet, b’uħud – bħall-awtur Amerikan Kevin Barrett – jistaqsi kif jista’ jkun li sal-lum il-ġurnata għad hemm 1,634 vittma ta’ dan l-attakk li ma nstabu l-ebda fdalijiet tagħhom. Barrett ikompli jargumenta li dwar dan il-każ hemm ħafna mistoqsijiet x’wieħed jagħmel, fosthom kif lanqas ma nstabu fdalijiet tal-għamara li kienet fl-uffiċini, iżda li fl-istess waqt instab il-passaport ta’ wieħed mit-terroristi li kienu abbord l-ajruplan.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook