FILMAT: L-eks-President ta' Georgia, Saakashvili, jaqsam il-fruntiera għall-Ukrajna wara li folla tintervjeni biex timbotta lis-suldati mal-fruntiera

  • Set 11, 2017 10:35
  • Miktub minn iNews

    L-eks-President ta’ Georgia Mikheil Saakashvili rnexxielu jaqsam il-fruntiera Pollakka u jidħol fl-Ukrajna wara l-intervent fiżiku minn numru kbir ta’ sostenituri tiegħu fil-mument li pprova jaqsam il-fruntiera.

    Filmati ppubblikati fil-midja internazzjonali juru numru kbir ta’ sostenituri li dawru lil Saakashvili, li kien jokkupa wkoll il-kariga ta’ eks-Gvernatur tal-belt Ukrena ta’ Odessa, u intervjenew hekk kif is-suldati mal-fruntiera ppruvaw iwaqqfuh milli jidħol fl-Ukrajna.

    L-awtoritajiet Ukreni kienu mblokkaw il-ferrovija li kien fuqha milli taqsam lejn l-Ukrajna mill-fruntiera Pollakka.

    Saakashvili kellu kliem ta’ stmerrija għal dan il-komportament min-naħa tal-Gvern Ukren, u wasal biex qabblu mal-Unjoni Sovjetika. “L-Ukreni, il-President Poroshenko, qed jaġixxu eżatt bħal fi żmien is-Sovjetiċi u l-KGB. Jien tal-fehma li m’għadniex ngħixu fi żmien is-Sovjetiċi u li pajjiżna għandu liġijiet u regoli li għandhom ikunu osservati,” saħaq Saakashvili hekk kif imġiegħel jistenna għal sigħat sħaħ fl-istazzjon tal-ferrovija mal-fruntiera Ukrena.

    Hemmhekk huwa ntlaqa’ minn numru kbir ta’ sostenituri tiegħu u Deputati Parlamentari li jappoġġjawh. Eventwalment l-folla preżenti intervjeniet u mbottat lis-suldati mal-fruntiera Ukrena biex Saakashvili seta’ jidħol fil-pajjiż.

    Attwalment Saakashvili jinsab bla ebda ċittadinanza hekk kif kemm l-Ukrajna u kif ukoll Georgia ħaditlu d-dritt taċ-ċittadinanza. Georgia saħansitra talbet li jkun estradit mill-Ukrajna fuq akkużi li huwa jisħaq li huma motivati politikament.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook