Il-Federazzjoni Maltija Għall-Motorsport (MMF) tilqa' b’sodisfazzjon aktar unuri ta' sewwieqa Maltin fuq livell Ewropew

  • Set 11, 2017 13:36
  • Miktub minn iNews

    Il-Fedrezzajoni Maltija Għall-Motorsport (MMF) tilqa' b’sodisfazzjon is-suċċes ta' Duncan Micallef, Simon Giordmaina u Franklyn Borg, membri tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing (MDRA). Duncan Micallef illi f’Marzu li għadda ġie rikonoxxut bħala l-Isportiv Tas-Sena mill-Għaqda Ġurnalisti Sportivi ta' pajjiżna wara li sar l-iktar raġel veloċi tal-Ewropa, issa sar ukoll FIA European Champion tal-Klassi Top Fuel Dragster li hija l-ogħla klassi u l-aktar klassi veloċi tal-Kampjonat tad-Drag Racing, kampjonat li ġie organizzat f’diversi ċirkwiti madwar l-Ewropa fix-xhur li għaddew taħt ir-regoli tal Federazzjoni Internazzjonali ta’ L-Awtomobilizmu (FIA).

    Suċċess notevoli ieħor kien dak tat-team Simon Giordmaina u Franklyn Borg li spiċċaw fit-tielet post tal-klassi Super Street Bike, klassi kompetittiva ħafna fejn madwar 30 mutur jikkompetu minn kull rokna tal-Ewropa. Giordmaina bħalha tuner u Borg bħalha sewwieq irnexxilhom ukol jiksru ir-rekord Ewropew ta din il-klassi meta fi tmiem il-Ġimgħa saqu il-kwart ta mil f’Santa Pod l-Ingilterra f’6.91 sekonda b’veloċita massima ta 204.22 mil fis-siegħa. Għalkemm Simon u Franklyn ikkompetew barra minn pajjizna diversi drabi fejn anke Simon kellhu suċċessi kbar din kienet l-ewwel darba illi għamlu kampjonat sħiħ. Dan il-kampjonat Ewropew jiġi organizzat taħt ir-regoli tal-Federazzjoni Internazzjonali għall-Motocikliżmu (FIM).

    F’mumenti bħal dawn il-Federazzjoni kif ukoll d-dilettanti tal-motorsport ma jistgħux ma jurux id-disappunt tagħhom meta jinnotaw in-nuqqas ta sapport illi il-clubs u l-atleti tal-motorsport isibu. Apparti illi il-kwistjoni tat-trakka nazzjonali ilha tkaxakar saqaja għal-snin kbar hemm ukoll in-nuqas ta’ investiment f’postijiet li ġew identifikati għal-motorsport imma għadħom ma jistgħux jintuzaw kif ukoll oħrajn li qiegħdin fi stat ta manutenzjoni ħazina. Il-federazzjoni temmen illi anke l-ammont ta fondi illi sewwieqa tal-motorsport jiġu allokati minn Sportmalta huwa anqas minn dak li jiġi allokat ghal-dixxiplini sportivi oħra.

    Il-Federazzjoni permezz ta din l-istqarrija qiegħda tistieden lill-awtoritajiet, lill-membri ta l-istampa kif ukoll lid-dilettanti kollha tal motorsport biex il-lejla 11 ta’Settembru fil-hdax u nofs tilqa lill Duncan Micallef ġewwa l-ajruport internazzjonali ta Malta. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook