Delia jiċħad li ngħalqulu l-kontijiet kurrenti f'bank lokali … Jitlob lill-amministrazzjoni tal-PN biex tikkundanna l-aġir ta' DCG

  • Set 11, 2017 14:11
  • Miktub minn iNews

    Wara li aktar kmieni llum il-blogger Daphne Caruana Galizia ppubblikat artiklu li fih saħqet li l-kontijiet kurrenti tal-kandidat għall-elezzjoni għal Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fi ħdan bank lokali ngħalqu wara passi li ħa l-istess bank, Delia ċaħad l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu. Fi stqarrija Delia ċaħad li l-Bank of Valletta għalaq il-kontijiet kollha f’ismu hekk kif allegat minn Caruana Galizia.

    Delia kompla jgħid li l-kont li għalih qed tirreferi Caruana Galizia huwa kont għal klijent tiegħu, bil-bank jagħlaq il-kont għal raġuni ta’ proċedura amministrattiva u għall-ebda raġuni oħra.

    Filwaqt li kkundanna l-kampanja ta’ tfiħ ta’ tajn, gideb u allegazzjonijiet minn Caruana Galizia, huwa stieden lill-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista biex jikkundanna dan l-aġir min-naħa tagħha u ma jappoġjaha bl-ebda mod. Huwa temm billi saħaq li “min ma jiġġilidx il-vjolenza psikoloġika jkun qed jipparteċipa fiha”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook