Il-Qorti tiddeċiedi t-Tnejn jekk il-każ jinstemax bil-magħluq

  • Set 11, 2017 15:10
  • Miktub minn iNews

    Nhar it-Tnejn li ġej l-Imħallef Antonio Mizzi se jiddeċiedi jekk il-proċeduri dwar l-appelli li saru kontra li jinfetħu inkjesti oħra dwar il-Panama Papers, fuq talba tal-Partit Nazzjonalista, għandhomx jinstemgħu bil-miftuħ jew le.

    Din id-deċiżjoni ngħatat wara li lbieraħ l-Imħallef Mizzi sema’ s-sottomissjonijiet taż-żewġ partijiet, bl-Avukati tal-Kap tal-Oppożizzjoni jargumentaw għal seduta fil-miftuħ waqt li l-Avukati tal-Prim Ministru u sitta oħra involuti fil-każ argumentaw li jeħtieġu ġimgħa oħra ċans biex iħejju s-sottomissjonijiet tagħhom dwar dan il-każ. 

    Il-PN kien talab li tinfetaħ inkjesta b'rabta mal-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni u ħasil ta' flus li qed jagħmel fil-konfront tal-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri. Dwar dawn l-allegazzjonijiet Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi fetħu diversi libelli.

    Il-Maġistrat Ian Farrugia kien laqa' it-talba u qal li hemm ir-rekwiżiti neċessarji biex tinfetaħ inkjesta ħalli tistabilixxi jekk dak li qed jallega l-PN hux minnu jew le.

    Schembri u Mizzi appellaw minn din id-deċiżjoni imma wara li l-PN sar jaf li l-appell kien se jinstema u jiġi deċiż mill-Imħallef Mizzi oġġezzjona minħabba li l-mara tiegħu hija l-membru parlamentari Ewropew Marlene Mizzi li ġiet eletta fil-Parlament Ewropew mal-Partit Laburista.

    Preżenti għas-seduta tal-bieraħ, li għal darb’oħra saret bil-magħluq, kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.

    Il-Prim Ministru ma jridx lill-poplu Malti u Għawdxi jkun infurmat b’għemilu - PN

    Sadanittant, il-Partit Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat mhux biss qed jagħmel minn kollox biex itawwal il-proċess biex jiġi determinat jekk issirx investigazzjoni dwar dak li sejjaħ bħala “l-akbar skandlu politiku fl-istorja tal-Panama Papers,” iżda issa jrid jaħsibha ġimgħa sħiħa biex jgħid jekk jaqbilx li s-seduti tal-Qorti jkunu miftuħa għall-midja. 

    “Li kieku Muscat m’għandux faħam miblul kien jaċċetta mill-ewwel li ssir investigazzjoni dwar il-Panama Papers,” qal il-PN. 

    Qal li wara tant tkaxkir tas-saqajn, fil-Qorti, anke fuq punt bażiku ta’ jekk jaqbilx li s-seduta tkun miftuħa għall-midja, irid ġimgħa ċans biex jaħsibha, flok qabad u aċċetta mill-ewwel.

    Intqal ukoll li bil-maqlub ta’ Joseph Muscat, il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil qed jinsisti li l-investigazzjoni ssir b’urġenza u li t-talba biex l-Imħallef Antonio Mizzi jirtira mill-każ minħabba kunflitt ta’ interess tinstema u tiġi deċiża fil-miftuħ. 

    Simon Busuttil irid jiddetta lill-Qorti - PL 

    B’reazzjoni l-Partit Laburista fi stqarrija qal li, “jekk hemm xi ħadd li tawwal il-proċess quddiem il-Qorti huwa Simon Busuttil innifsu li jaħseb li għandu dritt li jagħżel min ikun ġudikant fil-kawżi li jkun involut fihom hu.”

    “Kieku ma ressaqx din l-oġġezzjoni l-appell li hemm quddiem l-Imħallef Antonio Mizzi diġà beda jinstema'. Iżda minkejja l-kundanni kontra l-aġir tiegħu, Simon Busuttil baqa' jinsisti li jrid jibdel il-ġudikant,” qal il-Partit Laburista.

    Żied jgħid li fl-istess ħin, bħala kap caretacker tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil qed jippersisti bl-istess tattiċi ta' qabel l-elezzjoni ġenerali fejn jinterpreta u jdawwar b'mod kif jaqbel lilu deċiżjonijiet b'rabta ma' proċessi legali.

    “Kien ikun aħjar li Simon Busuttil jiddikjara jekk meta jkun ikkonfermat li l-kampanja tiegħu fil-konfront tal-Prim Ministru u familtu kienet gidba ux se jirriżenja minn membru parlamentari. Dan biex jerfa' r-responsabbiltà ta' dak li qal.Din l-isfida ilha ssir xhur u minkejja d-diskors kollu tiegħu dwar responsabbiltà sal-lum għadu ma ddikjarax li jkun lest jerfa' responsabbiltà ta' għemilu.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook