‘Crush Plastic Bottles’ anki ħdejn il-baħar!

  • Set 11, 2017 15:49
  • Miktub minn iNews

    GreenPak Coop Society, f'koordinazzjoni ma’ GSD Marketing Ltd (GSDM), qed tagħmel kampanja dwar l-użu sostenibbli tal-fliexken tal-plastik u l-importanza dejjem tiżdied tar-riċiklaġġ

    "Irridu nirriċiklaw aktar u ferm aktar. Qed inħeġġu lill-pubbliku biex jgħaffeġ il-fliexken vojta tal-plastik għar-riċiklaġġ u, fl-istess waqt, jieqaf jikkontribwixxi lejn skart tal-plastik," qal il-Kap Eżekuttiv ta’ GreenPak l-Inġ Mario Schembri.

    Matul il-kampanja li saret fil-bajja tal-Għadira l-Ħadd li għadda, impjegati ta’ GSDM u GreenPak qassmu ilma Kristal b'xejn u ħeġġew lin-nies preżenti fil-bajja biex wara li jikkonsmaw l-ilma, jgħaffġu u jirriċiklaw il-fliexken tal-plastik tagħhom f'kontenituri apposta għar-riċiklaġġ.

    GSDM flimkien mal-membri ta’ GreenPak spjegaw lill-konsumaturi li kienu fuq il-bajja l-importanza li ma jintremix skart tal-plastik speċjalment fil-baħar, u biex jirriċiklaw aktar. Fuq il-bajja tqegħdu tliet kontenituri ta’ ġbir mgħammrin b’sistema biex tgħaffeġ il-fliexken. Dawk li rritornaw il-fliexken tal-plastik tagħhom mgħaffġin irċevew keychain bil-messaġġ ‘Crush Plastic Bottles’.

    Il-kampanja “Crush Plastic Bottles” tiffoka fuq li ħtieġa li jitnaqqas it-tniġġis mill-plastik, isir l-aqwa użu milll-ispazju fil-boroż u l-kontenituri tar-riċiklaġġ, u jiżdiedu r-rati tal-ġbir tal-fliexken tal-plastik.  It-tgħaffiġ tal-fliexken tal-plastik għar-riċiklaġġ  għandu jwassal għal aktar għarfien dwar il-ħtieġa li jitwaqqaf ir-rimi bl-addoċċ ta’ dawn il-fliexken,  u jiżdied  l-użu ta’ dawn il-fliexken bħala riżorsa. 

    "Issa Ilna għal diversi snin inħeġġu lill-konsumaturi biex ikun hawn rimi aktar responsabbli tal-ippakkjar tagħna. Il-viżjoni għan-negozju tagħna hi sempliċi: l-ippakkjar tagħna huwa riżorsa prezzjuża u aħna kontinwament nagħmlu ħilitna biex niżguraw li ħafna mill-ippakkjar tagħna ikun irkuprat wara li jkun użat biex b’hekk ikun jista’ jiġi riċiklat. Bħala kumpanija, naħdmu kontinwament biex inżidu r-riċiklaġġ kif ukoll ninkoraġġixxu titjib kontinwament għall-irkupru tal-ippakkjar,” qal George Douglas Saliba, il-Maniġer  għall-Affarijiet Pubbliċi u Komunikazzjoni ta’ GSD Marketing Ltd. 

    "Hekk kif Malta diġà qiegħda tiffaċċja diffikultajiet serji ħafna dwar il-miżbla, ninsabu ottimisti li l-kampanja ‘Crush Plastic Bottles’ se sservi biex tnaqqas l-iskart tal-plastik f'Malta u Għawdex. Għandha ukoll tħeġġeġ lill-pubbliku biex jieħu azzjoni pożittiva u jnaqqas l-iskart li jmur fil-miżbliet,” żied Inġ Schembri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook