Ħatja li ffrodaw lil Transport Malta €503,519

  • Set 11, 2017 19:59
  • Miktub minn iNews

     

    Il-kuntrattur George-Oliver Schembri ta’ 55 sena ta’ Alfred Schembri & Sons Ltd, flimkien mal-accounts clerk tiegħu Donald Camilleri ta’ 41 sena, instabu ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati li bejn Jannar 2010 u Diċembru 2011 iffrodaw lil Transport Malta l-ammont ta’ €503,519.

    Huma wieġbu ħatja wkoll għall-akkużi li kkorrompew lil Gordon Zammit, perit impjegat ma’ Transport Malta u li biex jiksbu xi vantaġġ jew benefiċċju għalihom jew għal ħaddieħor, f’xi dokument maħsub għal xi awtorità pubblika, għamlu dikjarazzjoni falza kif ukoll li għamlu att ta’ ħasil tal-flus. 

    Fis-sentenza tagħha, il-Qorti qalet li l-korruzzjoni f’kull aspett tal-attività umana, bħal fl-oqsma tal-impjiegi, tal-edukazzjoni, tal-kummerċ, tal-ġustizzja, tal-isport, fl-għoti tal-promozzjonijiet, mhux biss hija mezz pulit biex wieħed jisraq, imma tista’ tkun ukoll arma omiċidjali, għaliex l-inġustizzja tista’ tkun tant gravi li hemm min jibqa’ taħtha.

    Qalet li, “meta xi ħadd jikseb bid-dnewwa xi ħaġa li mhix tiegħu, dan ifisser li jkun qiegħed jaħtafha minn idejn ħaddieħor li tkun tmissu bi dritt.  Għaldaqstant, min bla kuxjenza jinżel fil-ħama tal-korruzzjoni, mhux biss ikun jistagħna inġustament, imma jkun jirkeb fuq dahar ħaddieħor.”

    Il-Qorti kkunsidrat li Schembri u Camilleri ammettew għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom u li Transport Malta ġiet rifuża l-ammont ta’ €503,519 li kien ġie defrawdat lilha. 

    Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud sabet lill-imputati ħatja tal-akkużi u filwaqt li Schembri kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal perjodu ta’ erba’ snin flimkien ma’ multa ta’ €110,000, Camilleri kien ikkundannat piena ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal perjodu ta’ erba’ snin flimkien ma’ multa ta’ €30,000.

    Il-Qorti spjegat bi kliem ċar ir-responsabbilità tagħhom jekk jikkommettu, matul il-perjodu operattiv ta’ din is-sentenza sospiża, reat li għalih hemm priġunerija. 

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Yvonne Farrugia u Fabian Fleri. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook