Titnieda l-inizjattiva FastTrak: korsijiet b’xejn dwar reklamar diġitali għas-sidien tan-negozji

  • Set 11, 2017 20:30
  • Miktub minn iNews

    Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri nieda l-inizjattiva FastTrak u l-istrateġija tal-eCommerce li ġiet aġġornata.

    Fl-uffiċini tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni Silvio Schembri qal li l-għan taż-żewġ inizjattivi hu li joħolqu kuxjenza akbar dwar il-vantaġġi fl-użu tal-media soċjali min-negozji b’mod li jgħinhom jiffaċilitaw il-proċess amministrattiv u fl-istess waqt jitjieb is-servizz li jingħata lill-konsumatur b’mod dirett.

    70% tal-populazzjoni tuża l-internet biex tikseb informazzjoni qabel tixtri prodott jew servizz, u l-media soċjali tqarreb iżjed lil min irid ibigħ ma’ min irid jixtri, tant li negozji żgħar issa qed jikkomunikaw mal-klijenti permezz ta’ Facebook. Kien għalhekk li se titnieda l-inizjattiva FastTrak, li l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni, bl-appoġġ tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Ħaddiema u tal-GRTU, se toffri sessjonijiet b’xejn ta’ taħriġ lis-sidien li għandhom xi forma ta’ negozju. It-taħriġ se jkun dwar ir-reklamar diġitali b’enfasi dwar l-użu tal-media soċjali u l-viżibilità online biex dawn is-sidien jadottaw strateġija ideali għan-negozji tagħhom. “Qed inniedu inizjattivi bħal dawn biex ngħinu direttament lil dawk li għandhom negozju tagħhom, speċjalment lis-self-employed”, kompla Silvio Schembri.

    Dan jikkumplimenta inizjattivi simili li l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni ħadet mindu fl-2014 pajjiżna nieda l-istrateġija eCommerce li ġiet aġġornata u ppubblikata wara konsultazzjoni pubblika. L-istrateġija aġġornata tenfasizza l-bżonn li n-negozji jadattaw għad-dinja diġitali li qed tbiddel l-industrija tal-bejgħ.

    In-negozji li huma interessati jattendu dawn is-sessjonijiet ta’ taħriġ b’xejn jistgħu jagħmlu dan billi jżuru s-sit tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoniwww.mca.org.mt u jimlew il-formula tal-inizjattiva FastTrak.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook