Opportunità għall-mużiċisti Maltin u Għawdxin biex itejbu l-ħiliet tagħhom

  • Set 12, 2017 09:23
  • Miktub minn iNews

    Matul il-jiem li ġejjin, ser ikunu organizzati masterclasses minn tnejn mill-aqwa mużiċisti Ingliżi, ġewwa l-Każin tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara kif ukoll fil-każin tas-Soċjetà Filarmonika Mnarja tan-Nadur Għawdex.

    Il-kurunettista Paul Thomas se jkun qed joffri master classes lill-mużiċisti li jdoqqu strumenti tar-ram waqt li l-klarinettista David White se jkun qed joffri master classes lill-istudenti tal-istrumenti tal-qasba.

    Din l-opportunità hija miftuħa għall-mużiċisti minn madwar Malta u Għawdex sew dawk li huma f’livell avvanzat kif ukoll dawk li m’ilomx ħafna involuti f’dan il-qasam, sabiex ikomplu jtejbu l-għarfien mużikali tagħhom f’dik li hija prattika.

    Għaldaqstant, il-programm tal-lezzjonijiet huwa kif ġej: 
    Il-Ħamis 14 ta’ Settembru fil-5pm fil-Każin tal-Banda Mnarja minn Paul Thomas għall-istudenti tar-ram.

    Il-Ħamis 14 ta’ Settembru fil-5pm fil-Każin tal-Banda Sant’Elena minn David White għall-istudenti tal-qasba

    Il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru fil-5pm fil-Kazin tal-Banda Mnarja se jsiru żewġ sessjonijiet minn Paul Thomas u David White fi swali differenti għaż-żewġ sezzjonijiet ta’ strumenti.

    Is-Sibt 16 ta’ Settembri fid-9am fil-Każin tal-Banda Sant’Elena minn Paul Thomas għall-istudenti tar-ram

    It-Tnejn 18 ta’ Settembru fil-5pm fil-Każin tal-Banda Mnarja se jsiru żewġ sessjonijiet minn Paul Thomas u David White fi swali differenti għaż-żewġ sezzjonijiet ta’ strumenti

    It-Tlieta 19 ta’ Diċembru fil-5pm se ssir sessjoni minn Paul Thomas għall-istudenti tar-ram fil-Każin tal-Banda Mnarja waqt li fil-Każin tal-Banda Sant’Elena David White se jagħmel sessjoni lill-istudenti tal-qasba

    L-Erbgħa 20 ta’ Settembru fil-5pm se ssir l-aħħar sessjoni fil-Każin tal-Banda Mnarja minn David White għall-istudenti tal-qasba

    Il-Ħamis 21 ta’ Settembru, fid-9am se jsiru żewġ sessjonijiet għall-istudenti tal-qasba u tar-ram fi swali differenti minn David White u Paul Thomas ġewwa l-Każin tal-Banda Sant’Elena f’Birkirkara.

    Kulħadd huwa mistieden li jattendi għal dawn il-masterclasses u dawk kollha interessanti għandhom ikunu fil-każini rispettivi ftit ħin qabel ma’ dawn is-sessjonijiet jibdew. Kull min jattendi huwa mħeġġeġ sabiex jieħu l-istrument miegħu. Għal aktar informazzjoni u biex tirriservaw post tistgħu ċċemplu fuq 77468248.

    Dan il-proġett huwa finanzjat mill-fond VOPS li hu immaniġjat mill-Kunsill Malti għall-Volontarjat taħt is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, u Għaqdiet Volontarji. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook