RITRATTI: Karrijiet tal-funerali antiki se jingħataw dehra ġdida

  • Set 12, 2017 13:48
  • Miktub minn iNews

    Wara li l-ġimgħa l-oħra fil-Marsa sar funeral fuq stil antik, qajjem bosta interess fost ħafna li ammiraw it-tradizzjoni li ħaditna lura fis-snin l-imgħoddija. Dan għall-fatt li l-korteo li sar kien differenti mis-soltu peress li ntuża wieħed mill-karrijiet li konna naraw lura fiż-żmien. 

    Dan is-sit kellu l-opportunità li jżur u jitkellem ma wieħed mill-kummisjonanti Alfred Mifsud dwar din it-tradizzjoni li tmur lura għal għexieren ta’ snin. Wieħed mill-karrijiet li tkellimna fuqu jmur lura għal madwar 180 sena. Mifsud qalilna li bħalissa għaddej xogħol ta’ restawr fuq dan il-karru jissejjaħ tal-prima. Dan għall-fatt li huwa ndurat bid-deheb bħal tal-knejjes u mhux biż-żebgħa normali. Qalilna li imbagħad hemm karrijiet oħra jissejħu tas-sekonda li jkunu ndurati biż-żebgħa normali.

    Qalilna li peress li qabel in-nies kienu jmutu fi djarhom u mhux fl-isptarijiet, kienu jmorru bil-karru armat biż-żwiemel u l-ewwel ma’ kien joħroġ kien il-kleru segwit mill-istandardi tas-sagrament u tar-rużarju. Mifsud jiftakar li meta kien ikollu funeral kien joħroġ fid-dlam u jidħol fid-dawl, dan għall-fatt li kien ikollu jmur kullimkien biż-żwiemel u mhux bħall-ġurnata tal-lum.

    Innutajna wkoll karru ieħor li qed jiġi ndurat, b’Mifsud jgħidlina li dak il-karru kien iġorr it-trabi. B’kulur fuq l-abjad qalilna li qabel peress li ma’ kienetx teżisti l-kura tal-lum, sfortunatament kienu jmutu ħafna trabi u kien ikollu ħafna funerali speżjalment mill-isptar tal-lazzaret. Stqarr li kienet taqbdu ħlewwa ta’ qalb meta kien ikollu t-trabi għax kien jgħid bejnu u bejn ruħu, “kif jista’ jkun miet għadu se jibda d-dinja”.

    Mifsud qalilna wkoll li bħalissa qed jinduraw karozzella li keinet tintuża mill-qassis. Spjegalna li din kienet tgħabbi lill-qassis u kienet tinstaq biż-żwiemel wara l-karru tal-mejtin. 

    Fil-garaxx fejn konna ma’ stajniex ma’ ninnutawx waħda mill-karozzi antiki li kienu jġorru l-mejtin. Tkellimna mat-tifel tiegħu Albert li spjegalna li dawk il-karozzi Amerikani kienu ġew 10 minnhom f’pajjiżna fis-sena 1959. Qalilna li peress li l-karrijiet biż-żwiemel inqatgħu fis-snin 70, dawn il-karozzi ħadulhom posthom u baqgħu jintużaw sas-sena 2005 fejn umbagħad ħadulhom posthom il-karozzi li nafu llum il-ġurnata. 

    Albert Mifsud temm b’appell lis-sewwieqa kollha Maltin biex ikollhom aktar rispett fit-triq meta jaraw xi funeral għaddej, u biex isuqu bil-galbu u ma’ jidħlux bejn il-karozzi li jkunu qed jieħdu sehem fil-korteo.

    RITRATTI: Roger Azzopardi 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook