Vot qawwi ta’ fiduċja mill-Parlament Ewropew f’Simon Busuttil

  • Set 12, 2017 14:32
  • Miktub minn iNews

    Il-Parlament Ewropew ta vot ta’ fiduċja qawwi f’Simon Busuttil hekk kif 83% ivvutaw favur in-nomina ta’ Simon Busuttil bħala membru ta’ Kumitat ta’ Esperti Ewropej mwaqqaf mit-Trattat tal-Unjoni Ewropea. 

    Il-funzjoni tal-Kumitat ta’ Esperti hi li jgħin fl-għażla ta’ Imħallfin tal-Qrati tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. B’kollox huma seba’ l-membri tal-Kumitat ta’ Esperti. 

    Din hija l-ewwel darba li persuna minn Malta se tokkupa din il-pożizzjoni prestiġġjuża f’dan il-Kumitat ta’ Esperti. 

    Simon Busuttil ġie nominat għal din il-kariga direttament mill-Parlament Ewropew fejn għadu jgawdi rispett kbir wara li kien għamel disa’ snin membru tal-istess Parlament. In-nomina tiegħu ġiet konfermata llum fejn fil-plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, minn total ta’ 673 membru, Simon Busuttil kiseb xejn anqas minn 556 vot favur, jew aħjar 83%. 

    Fl-ewwel kummenti tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil esprima l-apprezzament tiegħu għal dan il-vot qawwi ta’ fiduċja. Huwa qal: “Nirringrazzja lill-Parlament Ewropew tal-fiduċja kbira li għandu fija u nintrabat li nwettaq dmiri f’din il-kariga b’ħilti kollha kif dejjem għamilt f’kull kariga pubblika li kelli.” 

    Il-ħatra ta’ llum mhix waħda full-time u għalhekk, kif diġà stqarr pubblikament, Simon Busuttil se jibqa’ jservi bħala membru tal-Parlament f’Malta wara li nhar is-Sibt li ġej itemm il-kariga tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook