"L-isport jista' jkun is-soluzzjoni biex it-tfal inbiegħduhom mid-drogi u l-gangs"

  • Set 12, 2017 19:15
  • Miktub minn iNews

    Il-kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, f’konferenza tal-aħbarjiet li għamel fil-pjazza ta' Bugibba qal li l-isport jista jkun s-soluzzjoni għaż-żgħażagħ tagħna biex biex dawn jitbiegħdu mid-drogi, jibqgħu attivi u ma jispiċċawx f'gangs li qed jaħkmu lokalitajiet bħal San Pawl il-Baħar.

     
    Adrian Delia spjega kif ftit jiem ilu ħabib tiegħu, ċempillu biex jgħidlu li ibnu żgħażugħ, waqt li kien qiegħed fil-pjazza ta' Buġibba ġie aggredit minn grupp ta' barranin mingħajr ebda provakozzjoni. Qal li dan l-inċident kien ta' xokk għalih u esprima l-bżonn liż-żgħażagħ Maltin u anke' ta' nazzjonalitajiet oħra jipparteċipaw fl-isport.
     
    Il-kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li dawn l-episodji huma ta' inkwiet mhux biss għaż-żgħażagħ li jqattgħu l-hin fil-pjazza, iżda wkoll għar-residenti li qed kull ma jmur jaraw dan il-fenomenu jiżdied. 
     
    Qal li fil-preżent Malta hija l-ewwel fl-obeżità, allura jeħtieġ li mil-iskejjel naraw li tfal jieklu u jieklu tajjeb. Żied jgħid li l-isport fl-iskejjel għandu jiżdied kemm jista' jkun u jiġu żvilluppati t-talenti tat-tfal skont dak li huma kapaċi fihom. 
     
    Adrian Delia qal li jeħtieġ investiment ieħor qawwi fl-isport biex żgħażagħ li huma kapaci fi sport ikollhom fejn jimirħu. Qal li l-iSkola Sport li twaqfet taħt Gvern Nazzjonalista hija pass tajjeb ħafna li jeħtieġ inkomplu nibnu fuqu. 
     
    Adrian Delia qal li filwaqt li l-Pjan tal-Gvern Laburista huwa li jagħmel id-droga għażla personali, il-pjan tiegħu hu li jinvolvi kemm jista' jkun żgħażagħ fl-isport biex ikunu jistgħu jitbiegħdu mid-droga. Qal li l-ewwel intervent tiegħu fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista meta kellu 16 il-sena kien fuq l-isport, xi ħaġa li hi għal qalbu ħafna propju għax kapaċi ġġib l-għaqda. 
     
    Qal li fl-istess ħin li jsir sforz u investiment biex aktar żgħażagħ jidħlu fl-isport, trid issir ġlieda kbira kontra l-korruzzjoni fl-isport. Qal li bħalissa f'sena waħda jintefqu 70 miljun ewro fuq imħatri illegali, ħafna minnhom minn barra il-pajjiż. Qal li hu se jħaddan politika ta' zero tolerance kontra l-korruzzjoni li issa qed tippenetra wkoll fiż-żgħażagħ ta' taħt il-21 sena. 
     
    Adrian Delia qal li bl-isport irid iżomm liż-żgħażagħ il-bogħod bid-drogi u l-gangs, imma fl-istess waqt jeħtieġ niġġieldu l-korruzzjoni fl-isport. Adrian Delia qal li dawk iż-żgħażagħ li ma jħobbux l-isport, jistgħu jinvolvu ruħhom fl-arti u l-kultura li wkoll għandhom l-istess għan li jgħaqqdu liż-żgħażagħ flimkien.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook