It-test nukleari tal-Korea ta' Fuq kien ferm aktar b'saħħtu milli maħsub fil-bidu … Kien 17-il darba aktar b'saħħtu mill-bomba ta' Hiroshima

  • Set 13, 2017 08:44
  • Miktub minn iNews

    L-aħħar test nukleari mill-Korea ta’ Fuq jaf kien ferm aktar qawwi milli kien maħsub fil-bidu. Dan ħareġ minn analiżi li għamel il-grupp “38 North”. Minn dan l-istudju eventwalment ħareġ li l-qawwa ta’ dan l-aħħar test nukleari hija ekwivalenti għal 17-il darba aktar b’saħħitha mill-bomba li ntefgħet fuq Hiroshima.

    Informazzjoni sismika ġdida dwar it-test li żvolġa fit-3 ta’ Settembru juri li l-isplużjoni jaf kellha qawwa ta’ 250 kilotons. Dan meta fil-bidu kien maħsub li l-isplużjoni kellha qawwa ta’ 120 kiloton. Il-qawwa tal-bomba li ntefgħet mill-Istati Uniti fuq Hiroshima fl-1945 kellha qawwa ta’ 15 kilotons.

    Dan it-test nukleri, li huwa s-sitt test tax-xorta tiegħu, kien jagħmel parti minn programm nukleari mmexxi mir-reġim ta’ Kim Jong-un, li ħalef li jiżviluppa t-teknoloġija fil-missili li Pyongyang għandu għad-dispożizzjoni tiegħu biex ikollu l-possibbiltà li jitfa’ bomba nukleari fuq pajjiżi mbegħdin, fosthom l-Istati Uniti.

    “38 North” waslu għall-konklużjoni tagħhom wara li studjaw ritratti satellitari tas-sit taħt l-art fejn żvolġa t-test, bir-ritratti jindikaw li kien hemm ferm aktar valangi mit-testijiet nukleari preċedenti.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook