“MA FADAL XEJN, ĦOBŻA MINN $1 SARET $8” … Karen Vella Freeman, Maltija li tilfet darha fil-gżira ta’ Tortola

  • Set 13, 2017 10:17
  • Miktub minn iNews

    Il-gżira ta’ Tortola fil-British Virgin Island intlaqtet b’mod qawwi mill-Uragan Irma, tant li s-stiwazzjoni qed tkun deskritta bħala ‘devastanti’. It-tkissir u l-għargħar li hemm hu tal-biża’ u hemm tħassib kbir minħabba l-mard li jista’ jinfirex. Quddiem dan, f’din il-gżira hemm maqbuda Maltija, Karen Vella Freeman u l-familja tagħha fosthom tifel ta’ sitt snin. Bħalissa għaddejjin tentattivi biex tinġieb lejn Malta, għalkemm jidher li l-proċess biex din issir xejn mhi faċli.

    Tkellimna ma’ Avy li tiġi oħtha. Tgħidilna li “qed niddispra. Qed nippruvaw inġibuhom hawn. Bħalissa huma qed jorqdu f’karozza. Qiegħda f’kuntatti mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Biss fil-pajjiż hemm konfuzjoni totali. Biżżejjed ngħidlek li fejn qabel il-passaġġ kien $700 issa dan sar $2,700 għal kull persuna. Ippruvajna niftħu kont biex in-nies jgħaddu donazzjonijiet fih biex jinġabu imma qed niġu infurmati li xi banek m’għadhomx jagħmlu din il-faċilità. Qed nistennew risposta minn bank ieħor.”

    Tgħidilna li “għamilt minn nhar l-Erbgħa sa nhar is-Sibt ma nismax mingħandha. Qaltli li ma fadal xejn fil-pajjiż. Anki biex takkwista ħobża. Din għoliet minn $1 għal $8. L-uragan tant żviluppa malajr li ma kienx hemm ċans jiġu għax kieku ġew qabel”.

    Karen ilha aktar minn għoxrin sena tgħix f’ din il-gżira tal-Karibew. Hi tgħid kif l-uragan tant kien qawwi li kellhom jorbtu ħabel ma’ bieb u tefgħu lit-tifel ta’ sitt snin fil-banju u dawruh b’imħaded u xugamani. Intant għaddejja kampanja biex jinġabru fondi. F’messaġġ li nħareġ fi grupp li twaqqaf intqal li “nirringrazzja lil kulħadd tal-għajnuna u l-appoġġ li qed nirċievu fil-kampanja biex ngħinu lil Karen u l-familja tagħha. Ħafna ddeċidew li jgħinu finanzjarjament.

    “Fl-aħħar irnexxielna nagħmlu kuntatt dirett ma’ Karen. Stajna niddiskutu is-sitwazzjoni u nħejju pjani ta’ evakwazzjoni għaliha u għal familtha. Dawn bħalissa għandhom ammont limitat ta’ ikel u ilma li se jservihom biss ftit jiem. Id-dar tagħhom ġarrbet ħsarat kbar u qed jorqdu fil-karozza.”

    Intqal li “l-infrastruttura lokali u bini tal-Gvern ġarrab ħsarat kbar u l-militar qed jagħmel ħidma fl-ajruport. Bħalissa hemm konfużjoni kbira fejn jirrigwarda l-evakwazzjoni ta’ nies mill-gżira. Fi Puerto Rico twaqqaf grupp ta’ appoġġ imsejjaħ PR Navy u dawn qed jaħdmu biex iwasslu provvisti fuq din il-gżira. 

    “Ninsabu f’kuntatti mal-Ambaxxata tal-Istati Uniti fuq din il-gzira waqt li oħt Karen, Avy, qed taħdem mal-Gvern Malti biex Karen tinġieb Malta.”

    Min irid jagħti donazzjonijiet jista’ anke jagħmel kuntatt ma’ dan il-grupp billi jidħol fis-sit elettroniku https://www.gofundme.com/Help-For-Our-Friend-Irma-BVI.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0