“Ewropa iktar b’saħħitha, unita u demokratika”

  • Set 13, 2017 13:05
  • Miktub minn iNews

    Il-President tal-Kummissjoni Ewropeja, Jean Claude Juncker, waqt id-diskors tiegħu tal-Istat tal-Unjoni fi Strasburgu, ddeskriva is-sena li għaddiet bħala “waħda li għeżżet is-sinsla tagħna. Bħala Unjoni aħna kellna waħda minn żewġ għażliet quddiemna: Jew mingħaqdu madwar aġenda posittiva singulari, jew inkella kulħadd jinqata’ għalih.”

    “Illum għandna tieqa t’opportunita li mhix ħa tibqa miftuħa għal dejjem. Irridu nużaw ir-riħ li għandna fil-qlugħ tagħna sabiex inżommu mad-direzzjoni li ħadna s-sena li għaddiet, u nagħtu r-riżultati tal-aġenda posittiva tagħna.”

    Juncker ddeskriva kif “ix-xaleb ekonomiku tal-Unjoni Ewropeja qaleb favurina. Qegħdin fil-ħames sena ta’ tkabbir ekonomiku li għal-ewwel darba qiegħed jilħaq lill-pajjiżi kollha, u bħala medja rnexxielna naqbżu anke lill-Istati Uniti.” Semma wkoll kif il-livell ta’ qgħad fl-Unjoni laħaq l-iktar livell baxx f’disa snin, “u n-nies li qegħdin jaħdmu preżentament huwa iktar minn qatt qabel.”

    “Il-Kummisjoni Ewropeja mhix se tieħu kreditu ta’ kollox, għax kien hemm l-involviment tad-diversi organizazzjoni u aspetti tal-Unjoni Ewropeja. Ikolli ngħid mela li kieku minflok żiedu 8 miljun xogħol, naqsu 8 miljun postijiet tax-xogħol, kulħadd kien iwaħħal fija.” 

    Juncker ammetta wkoll li filwaqt li madwar 80% fil-mija tal-proġetti mniżżlin fil-manifest tiegħu ġew mwettqa, hu ametta li għad hemm numru ta’ ostakli li l-Unjoni tried tattakka u tmexxi il-quddiem. Fost oħrajn, semma i-tisħiħ tal-programm kummerċjali tal-Unjoni bi ftehim mal-Ġappun, Messiku u Amerika t’Isfel, kif wkoll ftehim ġdid li se jseħħ mal-Awstralja u n-New Zealand. Semma wkoll il-ħtieġa ta’ strateġija industrijali ġdida għall-Ewropa, li tippermetti l-Unjoni tkun fuq quddiem kontra l-ġlieda tat-tibdil fil-klima. 

    Rotot ta’ migrazzjoni legali ġodda

    Fejn tidħol l-migrazzjoni u l-immigrazzjoni, Juncker semma l-100,000 għassies tal-bordiera li jinsabu fil-preżent, kif wkoll l-irwol tal-Italja li “b’xogħolha kienet qiegħda tagħti ġieħ lill-Unjoni kollha.” Ddeskriva l-kontinent Ewropew bħala “il-kontinent tas-solidarjeta”, waqt li huwa ppropona l-ftuħ ta’ rotot ta’ migrazzjoni legali mill-Afrika għall-Ewropa.

    “L-Immigrazzjoni legali jew illegali sejra titwaqqaf biss meta jkollhom alternattiva oħra minflok dik li jieħdu sehem f’dan il-vjaġġ perikoluż. Fl-istess ħin, dawk in-nies li mgħandhomx dritt li jibqgħu fl-Ewropa għandhom jintbagħtu lura, biex b’hekk, l-Ewropa tkun qed turi solidarjeta vera vis-a-vis dawk in-nies li għandhom bżonnha.”

    Juncker semma wkoll kif l-aspett tas-solidarjeta ma tistax tkun biss intra-Ewropeja, iżda trid tkun bejn l-Ewropa u l-kontinent “żgħażugħ u nobbli tal-Afrika. Il-kontinent Ewropew qiegħed jixjieħ b’rata mgħaġġla, u għalhekk dir-rotta legali tal-migrazzjoni għandha tiġi kkunsidrata wkoll.”

    Kontinent ta’ valuri

    “L-Unjoni Ewropeja hija Ewropa ta’ valuri, post sigur għalina bħala ċittadini f’dawn il-pajjiżi. L-Unjoni hija iktar minn sempliċiment s-suq ewlieni, imma hija organizazzjoni bbażata fuq tliet pilastri: L-Ugwuljanza, l-Liġitad-Dritt u l-Liberta.” Jiddeskrivi dawn it-tlett pilastri bħala “il-pedament ta’ Ewropa iktar b’saħħitha u iktar maqgħuda.”

    Din l-inugwaljanza, skont Juncker, mhijiex sempliċiment bejn pajjiżi differenti fl-Unjoni, jew “jekk il-pulmun tal-Lvant u l-pulmun tal-Punent mhumiex qiegħdin jieħdu n-nifs ndaqs. F’Unjoni li tippromwovi l-ugwaljanza, ma jistax jkun jibqa jkun hemm tfal u nies tat-tieni klassi, tfal li m’għandhomx aċċess għall-mediċini ta’ mard li suppost ilhom li nqerdu żmien ilu, jew nies li jitħallsu inqas għall-istess xogħol li jagħmel ħaddieħor.”

    Il-President tal-Kumissjoni semma wkoll id-differenza f’ċertu prodotti li qegħdin jinbiegħu bejn pajjiż u ieħor. “Persuna fl-Islovakja għandha dritt għall-istess kwalita t’ikel u ta’ ċikkulata ta’ pajjiżi oħra fil-Punent. Dawn l-affarijiet huma suppost kontra l-liġi Ewropeja diġa, u għalhekk l-Awtorita Ewropeja trid taħdem favur iktar infurzar effiċjenti tal-liġi Ewropeja.”

    Bidliet istituzzjonali

    Il-President tal-Kummissjoni Ewropeja semma wkoll numru ta’ kambjament li għandhom bżonn isiru fi ħdan l-Unjoni Ewropeja fosthom iktar saħħa monetarja fi ħdan il-Ministeru Ewropew tal-Finanzi, l-abbilta tal-Prosekutur Ewropew li jkun risponsabbli għal reati trans-konfinali, twaqqif ta’ Aġenzija tad-Difisa Ewropeja, task force Ewropeja għas-sussidarjeta.

    Idea oħra importanti li semma Juncker kienet il-konsolidazzjoni tal-uffiċji tal-President tal-Kummissjoni mal-President tal-Kunsill (preżentament l-irwol tal-Pollakk Donald Tusk). Dan kollu, skont Junckerċnse jwassal “għal Unjoni iktar b’saħħitha, iktar unita u iktar demokratika.”

    “Il-futur tagħna ma jistax jibqa abbozz jew sempliċiment odea. Illum għandna llestu l-Unjoni t’għada. Ejja ħalli b’dan it-temp tajjeb, niftħu l-qlugħ u nibbenefikaw minn dan ir-riħ, ħalli jekk jerġa jiġi s-sħab inkunu iktar preparamenti.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0