Mojo, il-kelb li tant baqa' trawmatizzat mill-attakk terroristiku ta' Manchester li beda jaqagħlu l-pil

  • Set 13, 2017 14:41
  • Miktub minn iNews

    Kelb tal-Pulizija li kien involut fl-operazzjoni ta’ salvataġġ wara l-attakk terroristiku f’Manchester Arena tant baqa’ trawmatizzat mill-esperjenza li saħansitra l-pil tiegħu qed jaqagħlu. Jidher li l-kelb, Mojo, baqa’ taħt xokk kaġun tal-attakk terribbli li ħallew xejn inqas minn 22 vittma li attendew għall-kunċert ta’ Ariana Grande f’Mejju li għadda.

    L-uffiċjal tal-pulizija Phil Healy, ta’ 46 sena, qal li l-kollega tiegħu spiċċa biex żviluppa kundizzjoni – alopecia – kaġun tal-istress li esperjenza kaġun ta’ dan l-attakk terroristiku. Healy u Mojo kienu fost l-ewwel li kienu fuq ix-xena tal-attakk u ħadmu madwar 11-il siegħa f’tentattiv li jgħinu lis-servizzi tas-saħħa jipprovaw isalvaw kemm jista’ jkun ħajjiet.

    Healy iddeskriva kif madwar ġimgħa wara l-attakk, Mojo beda jbati mill-alocepia, kundizzjoni relatata mal-istress li wieħed jesperjenza. Kompla jgħid li f’daqqa waħda l-kelb beda jitlef ammont kbir ta’ pil, bil-veterinarji jkunu ċerti li l-kundizzjoni kienet ikkaġunata mill-esperjenza tal-attakk terroristiku.

    Huwa żied jgħid li minkejja li l-pil tal-kelb reġa’ beda jikber mill-ġdid, il-karattru ta’ Mojo nbidel hekk kif m’għadux ferrieħi bħal qabel.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0