Malta bl-aqwa tkabbir fl-impjiegi fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea

  • Set 13, 2017 16:20
  • Miktub minn iNews

    Fit-tieni kwart tal-2017, l-impjiegi f’Malta kienu 4.7% ogħla mill-istess perjodu ta’ sena qabel. B’hekk, pajjiżna reġa’ kellu l-aqwa rata ta’ tkabbir fl-impjiegi fl-Unjoni Ewropea. 

    Bħala medja, fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, it-tkabbir fl-impjiegi kien ilaħħaq 1.5%. Dan huwa tliet darbiet inqas mir-rata ta’ tkabbir li kien hawn f’pajjiżna.

    Iż-żieda fl-impjiegi qed tinħass l-iktar fil-qasam tas-servizzi, speċjalment fir-remote gaming u r-real estate, fejn iż-żidiet kienu ta’ iktar minn 10%. Kien hemm żidiet ta’ iktar minn 5% fil-kostruzzjoni, fl-informazzjoni u l-komunikazzjoni, fis-settur finanzjarju, u fis-servizzi professjonali u tekniċi. 

    Dan ir-riżultat jikkonferma l-istatistika fuq it-tkabbir fil-ġid nazzjonali matul it-tieni kwart tas-sena. Filwaqt li madwar l-Unjoni Ewropea kien hemm tkabbir ta’ 2.3%, pajjiżna kellu rata ta’ tkabbir ta’ 6.4%, kważi tliet darbiet iktar. 

    L-istatistika uffiċjali turi wkoll li s-settur finanzjarju, li skont l-Oppożizzjoni suppost kien qed jippakja biex jitlaq minn pajjiżna, fil-fatt kabbar l-operat b’€23 miljun, jew b’7.4%, fl-ewwel nofs tal-2017. Is-settur tal-online gaming, settur ieħor li skont l-Oppożizzjoni kien qed jaħseb biex jitlaq, kiber b’€58 miljun, jew b’10%, fl-istess żmien.   

    Dawn huma konfermi tal-andament ferm pożittiv tal-ekonomija. Il-Gvern se jiffoka biex fiż-żmien li ġej l-infrastruttura ta’ pajjiżna, kif ukoll ir-riżorsi umani u naturali ta’ pajjiżna, jitjiebu biex kulħadd ikun jista’ jgawdi iktar mill-frott tat-tkabbir ekonomiku.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0