Il-President Taljan ifaħħar ir-rwol deċiżiv li qed tieħu Malta fil-Mediterran u fl-Ewropa

  • Set 13, 2017 19:19
  • Miktub minn iNews

    Ir-rabtiet eċċellenti bejn Malta u l-Italja kienu diskussa waqt laqgħa bejn il-President Taljan Sergio Mattarella u l-Prim Ministru Joseph Muscat. Il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ naħat kienet imfissra bħala speċjali, biex Malta u l-Italja, bħala żewġ pajjiżi bi sfidi simili, iressqu pożizzjonijiet komuni fuq kwistjonijiet importanti.

    Sfida li fuqha Malta u l-Italja jaħdmu sew flimkien hija l-immigrazzjoni. Problema li, fi kliem Dr Muscat, mhijiex biss umanitarja imma anke waħda ta’ sigurtà. Hija sfida mondjali, u mhux ta’ stat wieħed. Iż-żewġ naħat semmew id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea li tirrifjuta l-oġġezzjonijiet tal-Ungerija u l-Islovakkja għall-qsim tal-piż bi kwoti tal-immigrazzjoni, u fissruha bħala importanti politikament. Il-Prim Ministru Muscat qal li kif Malta żammet kelmtha fuq il-kwoti, hekk ukoll għandhom jagħmlu l-pajjiżi l-oħra Ewropej, filwaqt li l-President Mattarella qal li Malta qed tieħu rwol deċiżiv quddiem din l-isfida fil-Mediterran. 

    Il-Libja hija kruċjali biex ikun hemm stabbiltà fir-reġjun. Għalhekk, il-President Taljan u l-Prim Ministru Malti qablu li għandu jissaħħaħ id-djalogu biex il-partijiet differenti fil-Libja jkunu jistgħu jaħdmu b’mod inklussiv. Bl-istess mod hija deċiżiva r-relazzjoni tal-Unjoni Ewropea mal-kontinent Afrikan kollu.

    Tema oħra diskussa kienet il-konnettività tal-enerġija. Dr Muscat semma l-importanza tar-rabta bejn Malta u l-Italja għall-elettriku, u kif issa għaddej ix-xogħol biex issa jkun hemm rabta oħra bil-pipeline tal-gass. Il-Prim Ministru semma l-viżjoni tal-Gvern biex jibda konsultazzjoni għall-eliminazzjoni fuq medda ta’ snin tal-karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-diesel, impenn li ntlaqa’ b’mod pożittiv ħafna mill-President Taljan.

    Tkellmu wkoll dwar ir-rabtiet kummerċjali bejn Malta u l-Italja li qed iwasslu għal vantaġġi għaż-żewġ naħat. Il-President Mattarella sejjaħ bħala impressjonanti r-riżultati li qed tikseb Malta fil-qasam ekonomiku. Iż-żewġ naħat qablu li l-Ewropa issa trid issaħħaħ id-dimensjoni soċjali tagħha.

    Intant, il-President Mattarella feraħ lill-Prim Ministru Joseph Muscat għas-sitt xhur li matulhom mexxa l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea b’mod eżemplari.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0