Il-gruppi tad-demm u l-bżonn tad-donazzjonijiet tagħhom b’mod kontinwu

  • Set 14, 2017 13:02
  • Miktub minn iNews

    Id-demm hu ikkasslifikat fi gruppi li prinċilament huma erbgħa: il-grupp O, il-grupp A, il-grupp B u l-grupp AB.  

    Fil-fatt il-gruppi tad-demm jieħdu l-isem tal-klassifikazzjoni tagħhom permess ta’ proteini, magħrufa bħala A jew B, li jkunu eżistenti fuq iċ-ċelloli l-ħomor tad-demm. Hekk il-grupp tad-demm A għax ikollu l-proteina A fuq iċ-ċelloli tiegħu, il-grupp tad-demm B għax ikollu l-proteina B fuq iċ-ċelloli tiegħu , il-grupp tad-demm AB għax ikollu l-proteini A u B fuq iċ-ċelloli tiegħu, waqt li grupp tad-demm O ma jkollu l-ebda waħda minn dawn il-proteini fuq iċ-ċelloli tiegħu.

    Apparti hekk dawn imbagħad jerġgħu jiġu ikklassifikati fi klassijiet ta’ Positive  jew Negative. Positive jiġifieri iċ-ċelloli l-ħomor tad-demm ikollhom il-preżenza tas-sustanza Rhesus fuqhom, waqt li fin-Negative ma jkollhomx il-preżenza tas-sustanza Rhesus fuqhom.

    Fi kliem sempliċi dan ifisser li l-grupp tad-demm O negative ma għandu l-ebda waħda minn dawn il-proteini fuq il-ċelloli l-ħomor tiegħu u għaldaqstant hu l-iktar demm bżonjuż f’emerġenzi għax hu kompatibbli ma’ kulħadd.

    Appuntu għal dan il-fatt spiss isiru sejħiet urġenti għal dan it-tip ta’ demm, għax apparti li hu kompatibbli ma’ kulħadd hu meqjuż bħala demm rari.

    Minkejja dan kollu kull grupp tad-demm għandu r-relevanza tiegħu u għalhekk l-għoti tad-demm għandu jkompli jsir b’mod regolari:

    •          fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ KULJUM (inkluż fil-Festi Pubbliċi) mit-8:00 am sas-6:00 pm. 
    •          fid-Day Clinic tar-Residenza għall-Anzjani San Vinċenz DePaule li nhar il-Ħadd 17 ta’ Settembru ser ikun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:30am sas-1:00pm.
    •          fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex li nhar il-Ħadd 17 ta’ Settembru ser ikun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00am sal-1:00pm.

    Huwa importanti li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0