Diskussjonijiet mas-sħab soċjali kollha biex tigi implimentata l-wegħda li l-festi pubbliċi jingħataw lura lill-ħaddiema

  • Set 14, 2017 14:30
  • Miktub minn iNews

    Fl-ewwel mitt jum tal-Gvern, il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza beda x-xogħol fuq l-implimentazzjoni tal-wegħda elettorali li l-ħaddiema jingħataw lura l-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa.

    Il-Ministru Helena Dalli qalet li saru laqgħat mal-unions tal-ħaddiema u mar-rappreżentanti ta’ min iħaddem fejn intlaqgħu l-proposti ta’ kif qed jaraw li tkun implementata din il-wegħda. “Kellna diskussjonijiet tajbin ħafna, il-mistoqsija mhijiex jekk il-ħaddiema humiex se jingħataw lura dawn il-btajjel imma l-mod kif se jingħataw” sostniet Dr. Dalli, li rrimarkat li l-gvern huwa marbut bil-manifest elettorali għat-twettiq ta’ din il-wegħda.

    Dr Dalli qalet li l-proposti mressqa jinkludu li l-jiem jittieħdu bħala bank holidays jew li jiżdiedu mal-leave annwali u saħansitra kien propost li jingħata kumpens monetarju. Iżda fid-dawl li l-ħtiġijiet tal-postijiet tax-xogħol ivarjaw, il-gvern qed jaħdem biex jinstab l-aħjar mod ta’ implimentazzjoni li ma xxekkilx il-kompettività.

    L-għan ewlieni li l-partit Laburista kien ressaq din il-proposta fil-manifest elettorali kien għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja  tal-ħaddiema biex il-familji  jkunu jistgħu jgawdu aktar ħin ħieles flimkien, qalet il-Ministru.

    Il-Ministru Helena Dalli fakkret li dawn il-jiem ta’ btajjel kienu ttieħdu minn amministrazzjoni Nazzjonalista fi żmien ta’ riċessjoni, iżda issa, meta Malta qed tesperjenza żmien fejn l-ekonomija hija b’saħħitha dawn se jerġgħu jingħataw lura lill-ħaddiema.

    It-twettiq ta’ din il-wegħda elettorali rridu narawha wkoll fil-kuntest tar-riforma li qed issir fil-liġi tax-xogħol. Is-Segretarju Permanenti Joseph Camilleri, fakkar kif fil-leġislatura li għaddiet iddaħlet is-sistema tal-Maternity Leave Fund u kien introdott il-leave għall-koppji li jagħmlu l-IVF. B’ iktar diskussjonijiet mas-sħab soċjali, il-gvern qed jikkonkludi l-abbozz  b’aktar miżuri family-friendly u kif ukoll bidliet oħra fil-wage regulation orders, qal Camilleri.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0