Appell għad-donazzjonijiet biex Karen Vella Freeman u l-familja tagħha jinġiebu Malta

  • Set 14, 2017 15:04
  • Miktub minn iNews

    Fl-aħħar jiem il-gżira ta’ Tortola fil-British Virgin Island intlaqtet minn wieħed mill-iktar uragani b’saħħithom li feġġew f’dawn l-aħħar snin, l-Uragan Irma. Uragan li laħaq livell ta’ kategorija ħamsa u li ħalla warajh ħerba sħiħa f’diversi gżejjer tal-Karibew, fosthom Tortola.

    Mara Maltija li kienet affettwata direttament hi Karen Vella Fareeman, li flimkien mal-familja tagħha fosthom tifel ta’ sitt snin jinsabu maqbudin f’din il-gżira. Quddiem dan kollu, issoktaw l-appelli biex din il-familja tiġi megħjuna u tingħata fondi biex tkun tista’ tinġieb lura Malta.

    Fuq is-sit gofundme, fejn sar l-appell għad-donazzjonijiet, ngħad li titjira għal Karen u l-familja tagħha se tiġi tiswa bejn $5,000 u $7,000. Jekk wieħed jgħodd ukoll it-telf tal-affarijiet personali tagħhom, l-ammont jitla għal $10,000. F’erbat’ijiem biss, is-somma li nġabret kienet dik ta’ kważi $3,815.

    Intant, irnexxa wkoll it-tentattiv biex jinfetaħ kont bankarju fejn il-pubbliku Malti u Għawdxi jista’ wkoll jagħti d-donazzjonijiet tiegħu. In-numru tal-kont bankarju huwa 40021484393.

    Ta’ min ifakkar li s-sit inewsmalta diġà irrapporta dak li qalet Avy, li tiġi oħt Karen. Avy qalet li, “qed niddispra. Qed nippruvaw inġibuhom hawn. Bħalissa huma qed jorqdu f’karozza. Qiegħda f’kuntatti mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Biss fil-pajjiż hemm konfużjoni totali. Biżżejjed ngħidlek li fejn qabel il-passaġġ kien $700 issa dan sar $2,700 għal kull persuna. Ippruvajna niftħu kont biex in-nies jgħaddu donazzjonijiet fih biex jinġiebu imma qed niġu infurmati li xi banek m’għadhomx jagħmlu din il-faċilità, qed nistennew risposta minn bank ieħor.” 

    “Għamilt minn nhar l-Erbgħa sa nhar is-Sibt ma nismax mingħandha. Qaltli li ma fadal xejn il-pajjiż. Anki biex takkwista ħobża. Din għoliet minn $1 għal $8. L-uragan tant żviluppa malajr li ma kienx hemm ċans jiġu għax kieku ġew qabel.”

    Karen ilha aktar minn 20 sena tgħix f’din il-gżira tal-Karibew. Hi tgħid kif l-uragan tant kien qawwi li kellhom jorbtu ħabel ma’ bieb u tefgħu lit-tifel ta’ sitt snin fil-banku u dawruh b’imħaded u xugamani.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0