EXPRESS LOGIGROUP, Soluzjoni għall-ġar tal-merkanzija

  • Ott 02, 2017 10:46
  • Miktub minn iNews

     EXPRESS LOGIGROUP, SOLUZZJONI GĦALL-ĠARR TAL-MERKANZIJA

    X’inhuma s-servizzi (soluzzjonijiet) li Express Logigroup joffri lill-klijenti?

    Express Logigrup joffri għażla vasta ta’ servizzi li huma relatati ma’ merkanzija u anke loġistika. L-esperjenza li għandha f’dan il-qasam hija msieħba mal-flessibbiltà biex b’hekk ikunu jistgħu nilqgħu t-talbiet kollha tal-konsumaturi tagħna, sew jekk ikollhom bżonn transport għal pakketti żgħar u anke merkanzija kbira  bħal ngħidu aħna affarijiet li se jintużaw f’xi esebizzjoni  u affarijiet ta’ valur.

    Il-prinċipju tagħna huwa bbażat fuq il-fiduċja, kwalità u valur ekonomiku. Il-kulur isfar tagħna, li llum kulħadd jagħrfu, kif ukoll il-branding uniku tagħha jagħti freskezza lis-suq tal-merkanija lokali.

    X’għandu jżomm f’moħħu lkonsumatur meta jikkonsidra liema għażla ta’ ġarr ta’ merkanzija għandu jagħżel għan-negozju tiegħu?

    Wieħed għandu joqgħod attent meta jagħżel jew jagħti responsabbiltà lil dak li huwa magħruf bħala freight forwarder jiġifieri dak li se jġorrlu l-merkanzija. Jekk ma tagħżilx lil xi ħadd li huwa professjonali f’dan ilqasam jista’ ma jkunx kapaċi jlaħħaq mad-domandi kif miftehmin. B’hekk wieħed għandu jagħmel għażla tajba biex b’hekk ikun jista’ jiffranka l- ħin, flus u fuq kollox biex ikun jista’ jiżviluppa bażi kompetittiva ħalli l-prodott tiegħu jkun jista’ jitwassal. Aħna dejjem nissuġġerixxu li min ikun qiegħed ifittex lassistenza ta’ freight forwarder dejjem jara liema hu dak li kapaċi jilħaq it-talbiet tal-individwu jew organizzazzjoni. 

    Dawn huma wħud mill-mistoqsijiet li wieħed għandu jistaqsi qabel jagħmel l-għażla tiegħu:

    Il-fright forwarder: Għandu network tajjeb biex ikun jista’ jservi l-post fejn se titgħabba u titwassal il-merkanzija? 

    Għandu esperjenza ta’ ġarr ta’ dan it-tip ta’ merkanzija? 

    Għandu esperjenza mat-tip ta’ trasportaturi li inti għandek bżonn?

    Għandu rati ta’ ġarr u twassil tal-merkanzija favorevoli? Għandu rakkomandazzjonijiet tajbin minn utenti oħrajn?

    Għandu reputazzjoni ta’ ħbiberija, kompetenza, effiċjenza, valur għall-flus, ta’ min jafda fuqu u juża prattiċi ta negozji li huma ġusti?

    Li tagħżel il-kumpanija ttajba għall-garr ta’ merkanzija hija xi ħaġa kurċjali għannegozji li qed jikkompetu f’suq li huwa effiċjenti u kopetittiv? Għaliex min juża Express Logigroup jikkonsolida dan?

    Express Logigroup għandu għarfien tajjeb ħafna ta’ loġistika għas-setturi kollha tas-suq inklużi fergħat speċjalizzati bħal ngħidu aħna s-saħħa, ilkarozzi u anke l-industrija kimika. Din l-ispeċjalizzazzjoni tagħna hija ġejja minn snin ta’ esperjenza u wara snin nisimgħu u nadottaw għall-bżonn tal-konsumatur. 

    It-tkabbar li qed nagħmlu jgħinna nkunu ferm iktar kompetittivi u tagħmilna l-aħjar fis-suq. X’inhuma l-pjanijiet talELG biex tkomplu ttejbu s-servizz li diġà qed toffru. Il-pjanijiet tagħna huma ambizzjużi u ta’ sfida kbira! Il-pjanijiet tagħna għat-tkabbir l-ewwel nett huma li ninvestu fir-riżors uman, fin-nies li jaħdmu magħna.

    Aħna nemmnu ħafna fit-talent Malti u għalhekk l-intenzjoni tagħna hija li nużaw dan it-talent biex nagħmlu qabża oħra fil-kwalità, liema qabża tant għandna bżonnha f’Malta. Fl-istess waqt aħna komplejna għaddejjin bl-investiment u l-espansjoni barra lpajjiż.

    Aħna ninsabu preżenti madwar l-Ewropa kollha u issa qegħdin nidħlu wkoll bil-mod fis-suq tal-Lvant biex b’hekk ikollna network ikbar u nkunu nistgħu nilħqu t-talbiet tal-konsumaturi tagħna. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook