EUROBRIDGE SHIPPING: SERVIZZ U KWALITÀ

  • Ott 02, 2017 15:20
  • Miktub minn iNews

    Eurobridge, jew aħjar id-direttur maniġerjali David Abela, riċentament ingħata l-unur ta’ Best International Trade Entrepreneur of the Year.  M’hemm ebda dubju li biex tirbaħ unur bħal dan ikollok warajk ħidma, esperjenza u fuq kollox tim tajjeb ta’ ħaddiema.  X’wassal biex irbaħtu dan is-suċċess? Kif se tkomplu tiżvolġu l-ħidma tagħkom fix-xhur li ġejjin?

    Kif ghidt inti, dan l-unur ma giex mix-xejn.  Jien personalment kelli nghaddi minn hafna sagrificcji u xoghol iebes ghal hafna snin. Niftakar meta bdejt il-kumpanja fis-sena 2000, kelli 22 sena u kont tfajt fiha gidi kollu.  Fl-istess hin kont nippretendi li ha jkolli success mill-ewwel.  Kemm gharrali! Kont naghmel gimghat shah nahdem sa wara l-ghaxra ta bil-lejl kuljum biex fl-ahhar tas-sena il-kumpanija xorta kienet taghmel telf!  Grazzi ghal dak iz-zmien pero’, tghallimt, rabbejt l-esperjenza u llum nahdem ahjar u mixjin il-quddiem. It-tim li bnejt f’dawn l-ahhar snin huwa eccezzjonali u l-kontribut taghhom ma tista qatt tnaqqas l-importanza tieghu.  Li jmiss issa huwa li nkomplu nharsu l-quddiem.  Il-kumpanija dejjem tikber u tissahhah u daqt nimxu ghal-ufficju gdid u ikbar fejn minn hemm ha nkunu nistghu noffru iktar servizzi lil klijentela taghna, is-servizzi li qed naghtu diga’, ntejbuhom u l-haddiema taghna ikunu jistghu jahdmu f’ambjent ferm isbah.

    X’inhi l-istrateġija tagħkom għax-xhur li ġejjin?  Bħala kumpanija x’jagħmilkom differenti minn kumpaniji oħrajn?

    Ahna ma ghandniex kwiet; dejjem naraw biex nohorgu b’xi haga gdida!  Ftit tax-xhur ilu bdejna servizz gdid ta’ groupage export li mill-ewwel kien success u ha nibqghu nahdmu biex intejbu dan is-servizz halli jigi fuq il-livell tas-servizzi l-ohrajn.  Qed nahdmu ukol fuq Sistema awtomatizzata interna li hija ‘custom made’ ghalina biex inkunu aktar eficjenti lejn il-bzonnijiet tal-klijenti taghna.  Kif imbaghad niccaqalqu ghal-ufficju l-gdid, nibdew nahdmu fuq progetti ohra li diga ghandi f’mohhi pero’ li ghalissa nhoss li ghadu kmieni wisq biex nitkellem fuqom.

    Mir-riċerka li għamilt anke fost operaturi li jużaw servizzi bħal tagħkom, intom b’saħħitkom sew minħabba li titrattaw l-klijenti b’mod individwali fejn jirrigwardaw il-bżonnijiet u s-servizzi li jkunu jridu. Xi ħaġa bħal din x’tinvolvi?

    Hekk hu u mhi facli xejn.  Illum il-gurnata hija facli taghmel Sistema tajba biex tipprova taqdi lil-klijent mill-ahjar pero’ il-probabilita’ hi ma tkunx flessibli u tkun l-istess ghal kulhadd.  Fil-gurnata tal-lum u bil-kompetizjoni li hawn, huwa important li tpoggi il-kumpanija tieghek f’pozizzjoni li tkun distinta minn ohrajn.  Il-vizjoni tieghi bhala d-Direttur ta din il-kumpanija kien dejjem li npoggi lil-impjegat u lil-klijent qabel kollox.  Jekk l-impjegat tiehu hsiebu u dan ikun kuntent fuq il-post tax-xoghol tieghu, ha jaghmel minn kollox biex minn naha tieghu jaghmel lil-klijent kuntent ukoll.  Kull klijent pero’ ghandu l-karattru tieghu, il-prioritajiet tieghu u ahna minn naha taghna naghmlu minn kollox biex naddattaw ghal kull wiehed minnhom.  Biex taghmel dan imma irid ikollok fuq kollox rizorsi umani eccellenti li ghandom l-istess ideali tieghek.  Ghalekk lil-haddiem tried tiehu hsiebu sew.

    Ma jonqosx li f’settur bħal dan hemm ukoll l-isfidi, kemm meta intom tkunu qed toperaw barra minn Malta u anke f’Malta.   X’inhuma l-isfidi u d-diffikultajiet li tiltaqgħu magħhom? Kif taħsbu li dawn jistgħu jitranġaw?

    L-ikbar sfida tibqa l-kompetizzjoni li lili pero’ ma ddejjaqni xejn.  Il-kompetizzjoni hija haga tajba u qeghda hawn biex tibqa.  Sfida kbira ohra bhalissa hija dik li ssib nies li huma addattati ghax-xoghol taghna, li huma lesti jaghtu dik ix-xi haga iktar biex ilkoll flimkien nilhqu l-ambizzjonijiet taghna.  Fejn jidhol ix-xoghol internazzjonali, l-ikbar sfida tibqa il-fiducja.  Mhux facli ssib persuni jew kumpaniji fuq min tista sserrahh mohhok li ghandom l-istess valuri u principji tax-xoghol bhalek.  Anke meta jirnexxielek issibom, dawn iridu juru fiducja fik lura u peress li ahna gejjin minn pajjiz zghir taghmilha iktar difficli ghalkemm ikolli nghid li fl-ahhar snin din id-diffikulta’ naqset minhabba fuq kollox li dhalna fl-EU u b’xi mod qisu kulhadd jaf li pajjizna ma ghaddiex mid-diffikultajiet finanzjarji li ghaddew ohrajn.

    Bħala xogħol, liema huma l-aktar merkanzija li ġġorru, u tara li fil-futur se jkun hemm żieda f’dik li hi merkanzija li qed tinġab minn barra?

    Ahna ngorru kull tip ta’ merkanzija.  Minn hwejjeg ghal ikel, minn makkinarju ghal materja prima.  Fil-passat garrejna anke affarijiet li ma tantx timmagina li jingarru bhal ajruplan zghir jew sahansitra pittura ta’ pregju mmens ta’ Mattia Preti.  Fl-ahhar nghid li ma ghandix dubju li l-merkanzija li tingarr minn barra ha tibqa tizdied.  Qed nghixu f’dinga globalizzata u l-fatt li Malta ma tippoducix materja prima u bil-popolazzjoni u l-industrija taghha dejjem tikber, l-importazzjoni tizdied biss tista ghallinqas ghaz-zminijiet li gejjin.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook