Il-Hard Rock b'menu ġdid

  • Ott 03, 2017 16:00
  • Miktub minn iNews

    Għat-tielet sena konsekuttiva, il-Hard Rock qiegħed iniedi menù ġdid għal żmien limitat, dak veġetarjan, eżatt għax-Xahar Veġetarjan Globali. Mill-bieraħ, it-Tnejn, 2 t’Ottubru, sal-Ħadd, 12 ta’ Novembru, il-Hard Rock Cafe se jespandi l-menù leġġendarju li diġà għandu, bi platti veġetarjani u b’xarbiet ibbażati fuq il-ħxejjex.

    Platti ġodda jinkludu:

    Sweet Potato and Black Bean Tacos, Southwest Rice Bowl li jinkludi t-tofù, Quinoa and Brussel Sprout Salad u Grilled Hummus Quesadilla li tinkludi tadam imqadded u żebbuġ iswed. “Il-passjoni ta’ Hard Rock Cafe hija dik li dejjem nipprovdu ikel bnin lill-mistiedna tagħna, u wara s-suċċess li kellna s-sena l-oħra bl-għażliet veġetarjani li kon na offrejna, iddeċidejna li għal darb’oħra nerġgħu nespandu l-menu tagħna bil li ninkludu għażliet kulinarji ġodda biex nilħqu iktar gosti,” qalet Shandelle Azzopardi, Direttriċi tal-Hard Rock Cafe Malta. “Din is-sena rġajna rritornajna xi platti li kienu popolari ferm, u żidna riċetti ġodda li se jagħtu taħlita ta’ togħmiet magħmula minn prodotti friski.”

    Hard Rock Cafe Malta żiedu dan il-menù bla laħam filwaqt li żammew togħmiet tipiċi Amerikani. Sadanittant wieħed ma jridx jinsa li l-dawn ir-riċetti jistgħu jiġu ppreparati għall-vegani ukoll.

    Lista ta’ dan il-menù tinkludi:

    • Quinoa and Brussel Sprout Salad (ĠDID) – rukola, Pico de Quinoa, brussels sprouts imqatta’, ġobon feta, craisins, ġewż Amerikan jaħraq u vinagretta tat-tewm u lime.

    • Grilled Hummus Quesadilla (ĠDIDA) – tortilla mitwija mimlija b’majoneż Sriracha, ħummus ħadrani, spi naċi, tadam imqadded, żebbuġ iswed, and Sriracha chili sauce.

    • Sweet Potato and Black Bean Tacos (ĠODDA) – tortillas mimlijin b’fażola sewda, patata ħelwa mixwija, kaboċċa, guacamole jaħraq, ġobon Romano u Sriracha chili sauce.

    • Southwest Rice Bowl (ĠDID) – taħlita ta’ ross kannella, quinoa, ħxejjex tal-Lbiċ tal-Amerka, avokado, Pico de Gallo, fażola sewda, u corn red pepper salsa, chipotle lim tofù u citrus garlic dressing.

    • Grilled Ratatouille Wrap – wrap mimlija ħaxix ratatouille ggrilljat, b’daqsxejn majoneż Sriracha, żejt taż-żebbuġa, rukola, servuta b’in salata mal-ġenb.

    • Spinach, Potato & Chickpea Burger – pulpetta magħmula minn patata ħamra, spinaċi, bżar ċili, ċilantro, ċiċri u spices, servuta b’rukola, tadam, aħjar u yogurt jaħraq, f’panina tal-Hard Rock Cafe.

    Il-menù veġetarjan tal-Hard Rock Cafe Malta jinkludi wkoll cocktails li jmorru perfettament mar-riċetti bla laħam, fosthom cocktails bħal Cool as a Cucumber u Mule Over My Rosemary. Dawn ir-riċetti kienu ddiżinjati biex iqajmu kuxjenza lejn il-veġetarjaniżmu u l-benefiċċju ta’ dieta bla laħam.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook