Il-Fondazzjoni HSBC Malta tappoġġja l-konferenza internazzjonali tat-tfal

  • Ott 05, 2017 15:04
  • Miktub minn iNews

    Bħala organizzazzjoni b'impenn li tgħin lit-tfal f’diffikultà, flimkien mal-ħarsien tal-ambjent u l-ħarsien tal-wirt storiku ta’ Malta, il-Fondazzjoni HSBC Malta se tkun qed tappoġġja l-organizzazzjoni tal-Konferenza Dinjija 2017 li l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Foster Care (IFCO) se tagħmel f'Malta.

    L-aġenda tat-tfal se tkun fil-qofol tal-attenzjoni mill-1 sal-4 ta’ Novembru fil-belt Valletta wara li l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Foster Carers ta’ Malta (NFCAM) għamlet sejħa b'suċċess biex tospita l-20 edizzjoni tal-konferenza internazzjonali biennali f'Malta. L-aħħar edizzjoni li saret f'Malta kienet fl-2007.

    It-tema tal-konferenza hi “Setting Sail from a Safe Port: Giving our Children confidence to move forward through permanent relationships”. 

    Il-president ta’ NFCAM Paul Gatt qal: “Mhuwiex faċli li tkun tifel jew tifla fl-era tad-distrazzjonijiet u nuqqas ta’ attenzjoni. Nirringrazzjaw lill-Fondazzjoni HSBC Malta għall-appoġġ tagħhom. Dan l-appoġġ se jippermetti lil persuni li jippromwovu l-foster-care biex jipparteċipaw fil-konferenza u japplikaw il-lezzjonijiet li jitgħallmu bil-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tat-tfal tagħna.”

    Uħud mis-suġġetti tal-konferenza se jittrattaw il-protezzjoni, migrazzjoni u edukazzjoni tat-tfal, kif ukoll dwar trawma u l-effett tagħha, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u kif wieħed ikejjel suċċess.

    L-NFCAM twaqqfet fl-2007 biex taħdem ma’ dawk kollha involuti fil-fostering bil-għan li jinkisbu l-aħjar riżultati għat-tfal u ż-żgħażagħ.  Għal dawn l-aħħar 35 sena, IFCO iddedikat ruħha biex tkattar l-għarfien u l-appoġġ ta’ foster-care ibbażati fil-familja madwar id-dinja. Imsieħba oħra tal-konferenza jinkludu l-Fondazzjoni tal-President għall-Benessri tas-Soċjetà u l-grupp Ewropew għall-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, Eurochild. Id-dettalji kollha tal-konferenza jinsabu fuq https://2017conference.ifco.info/en/

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook