Kunċert Kommemorattiv ad unur Carlo Diacono

  • Ott 05, 2017 16:14
  • Miktub minn iNews

    Għall-okkażjoni ta’ għeluq il-75 sena mill-mewt tal-kompożitur magħruf Malti Carlo Diacono, se jsir Kunċert Kommemorattiv illejla fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

    L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tesegwixxi l-oratorju San Paolo Evangelizza i Maltesi ta’ Diacono taħt il-bakketta tad-Direttur Mużikali residenti Michael Laus. Fiha se jieħdu sehem xejn inqas minn ħames solisti Maltin li huma s-sopran Miriam Cauchi, il-mezzo-sopran Claire Massa, it-tenur Cliff Zammit Stevens, il-baritonu Alfred Camilleri u l-baxx Albert Buttigieg, Se jieħu sehem ukoll il-kor tal- Goldberg Ensemble.

    Diacono huwa kompożitur prolifiku. Filwaqt li kiteb numru ta’ xogħlijiet sekulari inkluża l-opra L’Alpino li kienet imfaħħra f’Malta u barra, huwa magħruf l-aktar għal xogħlijiet sagri.

    Kien imqabbad jikteb San Paolo Evangelizza i Maltesi għall-24 Kungress Ewkaristiku li sar f’Malta fl-1913. Minħabba ċirkustanzi varji, l-oratorju la sar f’dik is-sena u lanqas matul ħajjet il-kompożitur. Xi siltiet kienu esegwiti fl-1960, taħt id-direzzjoni ta’ iben Diacono Franky, imma l-oratorju kellu jistenna l-2009 biex indaqq sħiħ għall-ewwel darba.

    Id-dħul għall-kunċert, li jibda fit-8 ta’ filgħaxija, huwa bla ħlas. Huwa rrikmandat ilbies formali u tkaken għoljin ma jistgħux jintużaw fil-Kon-Katidral minħabba l-paviment tal-irħam.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook