Stuprata minn 4 irġiel li rabtu lil żewġha u heddewha li joqtlulha lit-tarbija ta’ 3 xhur!

  • Ott 07, 2017 12:20
  • Miktub minn iNews

    F’każ mill-aktar xokkanti fit-Tramuntana tal-Indja, mara ta’ 30 sena allegatament sfat stuprata minn erba’ rġiel hekk kif kienet sejra lura d-dar flimkien ma’ żewġha u t-tarbija tagħhom ta’ tliet xhur. Il-mara qalet lill-pulizija li l-irġiel stuprawha quddiem żewġha u heddewha li joqtlu lit-tarbija tagħha jekk tirreżistihom.

    L-inċident seħħ fil-belt ta’ Muzaffarnagar, fl-istat ta’ Uttar Pradesh, madankollu mhuwiex ċar meta seħħ eżattament.

    Il-mara kienet kkwotata mill-aġenzija tal-aħbarijiet ANI tgħid li “l-erba’ rġiel kaxkruni f’razzett u stuprawni filwaqt li qagħdu jippuntaw pistola lejja. Heddewni li se joqtlu lit-tarbija tagħna, rabtu lil żewġi u nfexxew isawtuh.” Jidher li l-pulizija arrestat erba’ rġiel b’rabta ma’ dan il-każ.

    Fir-rapport tagħha lill-pulizija l-mara qalet li flimkien ma’ żewġha kienet sejra lura d-dar wara żjara għand it-tabib, meta twaqqfu għall-għarrieda minn karozza li fiha kien hemm erba’ rġiel.

    L-irġiel abbandunaw lill-mara, lil żewġha u lit-tarbija fir-razzett.

    Il-pulizija qalu li qed jistennew għar-rapporti mediċi tal-mara qabel ma jieħdu passi ulterjuri fil-konfront tal-erba’ rġiel.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook