Vodafone Malta tagħti ħarsa lejn il-futur billi tittestja veloċitajiet ta’ 1 Gbps

  • Ott 09, 2017 09:12
  • Miktub minn iNews

    Wara li Vodafone Malta kienet ħabbret l-ewwel 4G+ mobile network f’ pajjiżna, illum il-kumpanija qiegħda twassal lil Malta l-ewwel titwila ta’ kif ħa jidher il-futur, permezz ta’ demostrazzjoni tas-sisien tat-teknoloġija 5G: veloċitajiet revoluzzjonarji ta’ 1 Gbps fuq il-mobile network tagħha.

    Dawn il-veloċitajiet, li huma ’l fuq minn tmien darbiet iżjed b’saħħithom minn 4G, huma l-ewwel ta’ din ix-xorta f’Malta. Id-demostrazzjoni kienet biss possibbli permezz ta’ teknoloġija avvanzata li nġiebet apposta minn Vodafone Group.  

    Din id-demostrazzjoni tikkoinċidi mal-bidla globali fil-marka ta’ Vodafone minn ‘Power to you’ għal ‘The future is exciting. Ready?’

    Il-kap eżekuttiv ta’ Vodafone Malta Amanda Nelson spjegat li l-konsumaturi jemmnu li l-mod ta’ kif it-teknoloġija qiegħda tevolvi biex tgħinhom jikkonnektjaw twassal għal futur eċitanti, però kemmxejn mhux magħruf.

    Il-pożizzjonar tal-marka l-ġdida ta’ Vodafone tenfasizza t-twemmin tal-kumpanija li teknoloġiji ġodda u servizzi diġitali se jkollhom rwol importanti biex jittrasformaw is-soċjetà li ngħixu fiha u jtejjbu l-kwalità tal-ħajja fis-snin li ġejjin. Vodafone qiegħed issa jistieden lil klijenti fuq dan il-vjaġġ fejn ser ikun qiegħed jappoġġjahom.

    Fil-futur, veloċitajiet ta’ gigabit ser ikunu qegħdin jibdlu l-mod ta’ kif ngħixu, naħdmu u nilgħabu. Ser jiftħu orizzonti ġodda f’oqsma bħal-kura tas-saħħa, edukazzjoni, media u divertiment, żiedet tgħid is-Sinjura Nelson.

    Fil-qasam tal-kura tas-saħħa, per eżempju, ser inkunu nistgħu naraw moniteraġġ mill-bogħod permezz ta’ tagħmir mobbli li jista’ jintlibes għall-pressjoni tad-demm, rata tal-qalb, idratazzjoni, u livelli ta’ rqad.

    Veloċitajiet ta’ gigabit jistgħu wkoll jgħinu l-edukazzjoni permezz ta’ tagħlim diġitali, taħriġ immersiv permezz tar-realtà virtwali, u esperjenzi interattivi mill-bogħod. Studenti jkunu jistgħu, per eżempju, jittieħdu fuq vjaġġ lejn postijiet inaċċessibbli bħal qiegħ l-oċean mingħajr ma jitħarrku mill-klassi.

    Però t-tagħmir biex dawn il-veloċitajiet jistgħu jiġu pproċessati għadhom ġodda ferm u hemm bżonn ta’ investiment sinifikanti biex gigabit networks jitwasslu f’Malta. Biex Malta jkun jista’ jkollha dak li ġie muri llum, huwa importanti li jeżisti l-ambjent regolatorju u t’investiment adekwat.

    “Aħna nemmnu li l-konċentrazzjoni proposta ma’ Melita sejra toħloq il-kundizzjonijiet adekwati għal dan it-tip ta’ investment, speċjalment minħabba d-daqs u l-ekonomija tas-suq Malti.

    “Illum qiegħdin nistiednu lil kulħadd għal din il-konversazzjoni: immaġina x’nistgħu nagħmlu b’ din it-tip ta’ teknoloġija. Sadanittant, Vodafone Malta qiegħed joffri l-aħjar tat-teknoloġija tal-llum: 4G+, li huwa ’l fuq minn 60 fil-mija iżjed b’saħħtu minn kwalunkwe network tal-mobile li hawn f’Malta bħalissa, b’veloċitajiet ta’ 210 Mbps.

    “Ninsabu kburin biex inħabbru li minn mindu ġie mħabbar iżjed kmieni das-sajf, il-4G+ qiegħed issa jkopri ’l fuq minn nofs il-Gżejjer Maltin.”

    F’ intervent mill-Estonja, is-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni u Ekonomija Diġitali Silvio Schembri spjega li lura f’Lulju ġewwa Tallinn, kien iffirma deklarazzjoni tal-UE f’isem Malta li kkonfermat ir-rieda tal-Istati Membri biex jippożizzjonaw lill-Ewropa bħala s-suq ewlieni tal-5G.

    “Qbilna fuq sett ta’ passi li ser inkunu qiegħdin nieħdu biex niffaċilitaw l-introduzzjoni t’ infrastruttura 5G u servizzi relatati madwar l-Ewropa, inkluż Malta,” is-Sur Schembri qal.

    “Dawn is-sisien sejrin jgħinu lil kumpaniji bħal Vodafone biex jinvestu u jtejjbu l-infrastruttura biex il-konsumatur Malti jkun jista’ jgawdi minn veloċitajiet ta’ gigabit.

    “Għalhekk jiena nfaħħar l-isforzi murija minn Vodafone biex jinnova permezz ta’ demostrazzjoni tas-sisien tat-teknoloġija 5G, li ser iwasslu għal servizzi diġitali ġodda li se jaffettaw b’mod pożittiv il-ħajja taċ-ċittadini tagħna.” 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook