Ir-Renju Unit tipprepara għall-gwerra

  • Ott 09, 2017 09:22
  • Miktub minn iNews

    Rapporti fil-midja Ingliża qed jgħidu li l-Ingilterra qed tipprepara għall-possibbiltà ta’ gwerra mal-Korea ta’ Fuq hekk kif qed jikber it-tħassib li test ieħor provokattiv minn Pyongyang jaf iwassal għal reazzjoni militari mill-Istati Uniti.

    Il-Korea ta’ Fuq tinsab taħt il-lenti tal-konunità internazzjonali hekk kif hemm il-ħsieb li għada Pyongyang jaf iwettaq test ieħor missilistiku b’missili ta’ portata twila biex timmarka l-anniversarju mit-twaqqif tal-Partit immexxi mir-reġim ta’ Kim Jong-un. Retorika mill-President Amerikan Donald Trump fl-aħħar ġimgħat wasslet biex it-tensjoni fir-reġjun tkompli tikber, u dan wassal biex uffiċjali militari Brittaniċi joħorġu bi pjani biex jippreparaw għall-eventwalità ta’ gwerra.

    Fost il-pjani ppubblikati fil-midja Ingliża hemm il-ħsieb tat-tnedija tal-aircraft carrier “HMS Queen Elizabeth” qabel ma għamlet it-testijiet kollha neċessarji. Dan l-aircraft carrier ma kienx mistenni li jidħol fis-servizz qabel l-2020.

    Nhar is-Sibt li għadda Trump ta x’jifhem li azzjoni militari kontra l-Korea ta’ Fuq taf tkun “l-unika ħaġa li taħdem”.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook