Il-Mużika Sagra u l-Pellikola f’kunċert wieħed waqt Casal Fornaro 2017

  • Ott 09, 2017 11:56
  • Miktub minn iNews

    Mal-medda tas-snin, il-mużika sagra għaddiet minn diversi tibdil fosthom aġġornamenti maż-żminijiet tal-lum. Din is-sena, f’Casal Fornaro li se ssir nhar is-Sibt 21 ta’ Ottubru ġewwa l-Parroċċa ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi, iċ-ċentru tal-arti The Lodge se ttjella’ kunċert vokali u strumentali b’mużika sagra fit-8.30pm ġewwa l-Knisja l-Qadima ta’ San Bastjan. 

    The Lodge hija ċentru ta’ arti ġewwa Ħal Qormi li bdiet fuq inizzjattiva tal-fundatur is-Sur Christopher Camilleri. Din l-iskola toffri spazju lil diversi artisti biex jgħallmu u jitgħallmu f’ambjent edukattiv u kulturali. Filfatt, f’din l-iskola jiġu mgħallma bosta suġġetti, fosthom it-teorija, is-saxaphone, il-pjanu u l-vuċi. 

    Għal dan il-għan, biex The Lodge ssir aktar familjari mal-pubbliku, orkestra ta’ madwar ħmistax -il element taħt id-direzzjoni tas-Surmast Christopher Camilleri se tkun qed tingħaqad ma’ Rita Pace, Geordie Debono, Andrea Cassar, Francesco Luca Borg u l-Kor Tabor ta’ Ħal Lija. Ir-repertorju jinkludi Ave Maria, Va Pensiero u MESSA IN PELLICOLA fost l-oħrajn. Ta’ min jgħid li MESSA IN PELLICOLA hija quddies bbażata fuq temi minn films popolari u rranġata apposta għall-orkestra minn Mro.Andrea Cassar.

    Għalhekk, THE LODGE tistieden lil pubbliku inġenerali biex jattendi bi ħġaru nhar is-Sibt 21 ta’ Ottubru fit-8.30pm ġewwa l-Knisja l-Qadima ta’ San Bastjan waqt Casal Fornaro f’Ħal Qormi.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook