FILMAT: Priġunieri b'festin ta' ikel, droga u alkoħol f'ħabs fl-Ingilterra!

  • Ott 09, 2017 12:52
  • Miktub minn iNews

     

    Is-sistema karċerarja Brittanika tinsab fil-qofol ta’ kritika ħarxa wara li priġunieri ppubblikaw ritratti tagħhom infushom jippożaw b’għadd ġmielu ta’ ikel ta’ take-away. Dan mingħajr ħadd ma jaf kif spiċċa għandhom.

    Biex nitfgħu l-melħ fuq il-ferita, ir-ritratti ttieħdu minn mowbajl li ddaħħal ukoll bil-moħbi. Iżda dan mhux kollox, hekk kif saħansitra anke ppubblikaw filmati tagħhom infushom jabbużaw mid-droga. F’wieħed mill-filmati, wieħed mill-priġunieri jidher jipprepara platt b’biċċiet ta-tiġieġ u laħam tal-ħaruf. Dan apparti l-ammont ta’ alkoħol u drogi preżenti.

    Dan mhux l-unika inċident relatat mas-sistema karċerarja Brittanika li ħoloq kontroversja. Is-sena li għaddiet kienu ppubblikati filmati ta’ priġunieri f’ħabs jagħmlu festin u jiġru fil-kuriduri lebsin ta’ Father Christmas. Huwa stmat li kull priġunier jiswa mal-£40,000 mit-taxxi tal-poplu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook