Stejjer tal-Waħx fil-Forti Sant’Anġlu

  • Ott 09, 2017 17:15
  • Miktub minn iNews

    Wara l-interess qawwi li ntwera fis-sensiela ‘Dark Tales’ u bħala parti mill-attivitajiet ta’ Birgufest, Heritage Malta se torganizza żewġ tours animati bbażati fuq misteri u stejjer sopranaturali marbuta mal-Forti Sant’Anġlu. Minbarra li hu ġawhra fl-istorja kulturali ta’ Malta, dan il-forti għandu ħafna misteri u leġġendi marbuta mal-istorja twila tiegħu.

    Il-leġġenda tas-Sinjura l-Griża, li jingħad li għadha tidher sal-lum, l-isparar tal-irjus tas-suldati Ottomani mill-Forti Sant’Anġlu waqt l-Assedju l-Kbir fl-1565, u l-istorja ta’ Fra Giovanni Francesco di San Clement, li huwa l-uniku kavallier magħruf li nqatel fil-forti wara li ngħata s-sentenza tal-mewt, huma fost l-istejjer li se jkunu animati waqt l-attività Stejjer tal-Waħx fil-Forti Sant’Anġlu.

    Din l-attività se ssir nhar il-Ġimgħa 13 t’Ottubru. L-ewwel tour jibda fis-19.00 u t-tieni tour jibda fit-20.30. L-attivitá se tkun miftuħa għal numru limitat ta’ viżitaturi u dawk li se jattendu jridu jkunu minn 16-il sena ‘il fuq. Il-biljetti għall-prezz ta’ €10 għall-adulti u €8 għall-membri ta’ Heritage Malta, anzjani u studenti, jistgħu jinxtraw online, http://shop.heritagemalta.org, jew mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta.

    Min jixtieq iktar tagħrif jista’ jżur il-website tal-aġenzija, www.heritagemalta.org

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook