Filmat: "In-nirien qerdu bosta djar... Se nsibu aktar vittmi"... Nirien qawwija jaħkmu f'Kalifornja

  • Ott 10, 2017 08:56
  • Miktub minn iNews

    Partijiet mir-reġjun tal-inbid f’Kalifornja nħakmu minn nirien li qatlu mill-inqas 10 persuni.

    Aktar kmieni kien iddikjarat stat ta’ emerġenza fiż-żoni tat-Tramuntana u saru evakwazzjonijiet wara li nqerdu madwar 1,500 propjetà.

    Madwar 20,000 persuna ħallew Napa, Sonoma u Yuba wara dawk li qegħdin ikunu meqjusin bħala l-aktar nirien qawwija fl-istat.

    Nirien simili huma aktar komuni fin-Nofsinhar tal-Pajjiż, iżda nixfa qawwija u rjiħat qawwija kebbsu nirien li mistennija jħallu ħerba fit-Tramuntana.

    Skont ma ntqal jidher li dan it-temp ta’ nixfa mistenni jkompli jippersisti u dan se jkompli jagħmilha aktar diffiċli għall-pumpiera.

    Skont wieħed mill-għola uffiċjali taż-żona ntqal li “Hemm ħafna djar li nqerdu kawża tan-nirien, hija xi ħaġa loġika li se nsibu aktar vittmi”.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook